In-Nazzjonalisti għandhom jgħidu le għall-proposta ta’ Bernard Grech li jagħti il-pillola tal-emerġenza kif ġie ġie

Blog post minn Hermann Farrugia – tabib endokrinoloġista.

In-Nazzjonalisti għandhom juru t-tħassib tagħhom u jgħidu le għal dik li sejra tkun il-proposta elettorali tat-tqassim 24/7 u mingħajr ħlas tal-pillola tal-emerġenza kontraċettiva mogħtija ‘ta’ kif ġie ġie’ għall-użu mit-tfajliet/nisa kollha ta‘ ‘l fuq mis-sittax-il sena u bla impenn favur qafas t’edukazzjoni formattiva li tiggwida l-ħajja sesswali u riproduttiva responsabbli u f’saħħitha!

Sakemm jien kont għadni preżenti niggwida u nikkordina dan il-grupp, it-template strutturat propost fil-Policy Cluster 2 “Liveability & Health” / “Saħħa u Kwalita’ tal-Ħajja” dwar dan il- qasam ta’ saħħa sesswali u riproduttiva qatt ma nkorpora din il-proposta partikolari hekk kif imħabbra uffiċċjalment. Dil-proposta ġiet imposta fuq il-partit minn nukleu żgħir ta’ nies li l-aspirazzjonijiet u l-aspettativi tagħhom huma ultraliberali anke purament edonistiċi għal kollox.

Dan l-aġir kien miftiehem ‘mill-ftit’ u mhux talli ma jikkoinċidix iżda huwa dijametrikament oppost għall-prinċipji u fehmiet statutorji espressament imħaddna u manifesti mill-Partit Nazzjonalista.

Imbagħad jitfaċċaw xi salt għorrief tipo dik li isejħulha ‘PRESIDENTESSA’ li flimkien ma’ xi tnejn (forsi tlieta) minn sħabha kandidati nisa u bis-sostenn tal-Illustri strateġist akkwist prim għal BerniePN, jidhrilhom li għandhom jimponu rwieħhom mhux sempliċement fuq il-kap iżda saħansitra fuq il-viżjoni/missjoni tal-istatut tal-partit stess.

One comment

Leave a Reply