Hemm bżonn ta’ kwindiċina ta’ tifkiriet għaliex il-Proġett ta’ Repubblika qed ifalli.

F’dak li assistenja f’dawn l-aħħar jiem, jidher ċar li l-proġett ta’ Repubblika qed ifalli. Minbarra ġlied intern fi ħdan l-istess grupp, issa ħareġ ċar li esponenti ta’ Repubblika inqabdu jigdbu. L-ewwel wieħed huwa Manuel Delia li qal li hu mhedded meta ma hux. Li qal li mhux qed jitħallas u issa jidher ċar li qed jitħallas u anki tajjeb ħafna. Anki jekk Manuel Delia mhux Repubblika, l-azzjonijiet tiegħu niżlu lil dan il-grupp miegħu.

Fuq kollox, dan il-group naqas numerikament ukoll. Waqt li Manuel Delia għandu bżonn il-platea, din trid tkun mhux vojta imma mimlija nies, biex jeċċella. Għalhekk mil-lum ser naraw kwindiċina ta’ tifkiriet biex ikun ikkommemorat l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, sakemm jasal il-jum tas-sittax li jrid jinbidel f’jum il-festa, aktar milli f’jum it-tifkira.

B’hekk, forsi terġa’ tinħoloq il-platea neċessarja biex Manuel Delia jista’ jkun għal darba oħra fis-seba’ sema jindirizza in-nies li jkollu quddiemu, jippontifikalhom fuq is-sewwa.

Qed ngħid jippontifika għax f’kitbitu juża kliem tqil li jaħseb li l-gradwati tal-Universita’ tat-triq, li minnhom hawn mijiet ta’ eluf, ma jifhmuhx u b’hekk jista’ jimpressjonhom. Dak li Manuel Delia jrid huwa, li jgħidulu kemm hu bravu, bla ma jifhmu sew kliemu.

Biss inħaraq bl-azzjonijiet tiegħu stess u miegħu nħarqu dawk li kienu jagħtuh support.

One thought on “Hemm bżonn ta’ kwindiċina ta’ tifkiriet għaliex il-Proġett ta’ Repubblika qed ifalli.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *