Veru li Christian Peregin qed jitlob miljun euro għall-isħma tiegħu fil-Lovin Malta?
Is-Sunday Times qaltilna li Christian Peregin għadu ma biegħx l-isħma tiegħu fil-Lovin Malta, kif kien wiegħed li se jagħmel qabel daħal għall-paga fenominali mal-Partit Nazzjonalista. Din l-istorja dehret ukoll fil-jiem ta’ wara fuq One News. Mela b’mod naturali, Peregin għadu s-sid ta’ Lovin Malta. Infakkar li Chris Peregin kien il-persuna bl-għola numru ta’ isħma fil-Lovin Malta. La għadu ma ħelisx minnhom allura l-Lovin Malta għadha tiegħu.
Min jaf kieku din il-gazzetti jistaqsu lil Peregin xi ftit domandi. Per eżempju, kif inhi s-sitwazzjoni tal-isħma li għandu għal bejgħ? Għaliex għadu ma ħelisx minnhom? Kellu xi negozjati dwar dan il-bejgħ? Kien hemm xi ħadd interessat f’dawn l-isħma? Jekk iva għaliex fallew in-negozjati?
Jista’ Peregin jgħidilna xi kemm qed jitlob għall-isħma tiegħu? Huwa veru li Peregin qed jitlob somma esorbitanti – xi ħadd qed jgħid ta’ miljun euro għall-isħma li huwa għandu f’Lovin Malta? Huwa dan l-ammont kbir ir-raġuni għaliex għadu ma biegħhomx l-isħma?
Qed ngħid dawn il-mistoqsijiet għaliex ktibt lil Christian Peregin u staqsejtu jekk hux qed jitlob miljun euro għall-isħma tiegħu u ma tanix tweġiba. Huwa l-każ ta’ kif jgħid il-Malti li s-skiet risposta?

https://offshoreleaks.icij.org/nodes/55073733
Nies li flus biss jaraw.