Gym fid-Dar Ċentrali

Gym hu l-aħħar akkwist li sar fid-Dar Ċentrali. Alla ħares dan sar fi żmien Adrian Delia għaliex din kienet tkun storja ewlenija fl-ewwel paġna tal-ġurnali ewlenin Maltin.

Tiftakru kemm The Times skandalizzat ruħha għaliex darba l-kap tal-Partit Nazzjonalista raqad fid-Dar Ċentrali? Dawruha li spiċċa jorqod hemm għax kien imkeċċi jew ma kellux fejn jorqod.

Immaġinaw kieku, meta kien kap, għamel xi gym biex imur jittrenja fih filgħodu kmieni ġewwa d-Dar Ċentrali għall-ħabta tas-sebgħa. Kieku l-ġurnalisti kollha wara l-bieb tad-Dar Ċentrali kienu jkunu!

Għaliex illum il-ġurnali ma jitkellmu xejn fuq dan il-fatt?

Leave a Reply