Lovin Malta għadhom ma rrappurtaw xejn dwar il-konferenza stampa ta’ Adrian Delia

Blog post minn osservatur politiku

Huwa tal-iskantament kif ebda sinjal ma ngħata s’issa minn Lovin Malta li llum fid-Dar Ċentrali saret konferenza stampa interessanti ndirizzata minn Dr Stephen Spiteri u minn Dr Adrian Delia. Waqt li Dr Spiteri tkellem fuq in-nuqqas ta’ investiment mediku fit-tliet sptarijiet li ġew mogħtija lill-investitur privat, Dr Delia tkellem fuq il-progress li sar fil-kawża li huwa fetaħ kontra l-investitur privat u l-Gvern.

S’issa, suġġett daqstant importanti bħal dan, għadu lanqas biss ngħata l-importanza li jixraqlu. Hawn qed nitkellmu fuq miljuni kbar ta’ Euro li qed jgħaddu għand l-investitur barrani u l-Maltin u l-Għawdxin jibqgħu mingħajr ebda investiment fit-tliet sptarijiet fil-kwistjoni.

Tiskanta kif portal li jiftaħar li dejjem attent u lest biex ixandar l-aħbar kif toħroġ ma għadu ma xandar xejn dwar din il-konferenza stampa li damet għaddejja nofs siegħa. Naħseb li dawn il-miljuni jinteressaw lill-poplu u jixtiequ jaraw li dan is-serq sfaċċat jieqaf. Meta kont nistenna li dan il-portal partikulari jagħti din l-aħbar l-importanza li tixriqilha. Infakkar li dan il-portal jkun dejjem fuq quddiem biex jagħti xi aħbar li tolqot lill-Partit Nazzjonalista anki fil-ħdud u l-festi. Hu stramb kif din id-darba ma kienx daqshekk alert għall-konferenza stampa bħal din.

Leave a Reply