Where your opinion counts

Ta’ Lovin Malta nsew l-istorja ta’ meta Manuel Delia kien jarmi l-ħara tal-annimali fit-triq.

Johnathan Cilia jikteb artiklu dwar ir-reżenja ta’ Jonathan Dingli minn minority leader fil-Kunsill tal-Imqabba. Cilia jipprova jassoċja din ir-reżenja ma’ Adrian Delia. Dan għaliex Jonathan Dingli kkwota lil Adrian Delia u r-reżenja tiegħu ġiet wara dik li l-media qed tiddeskrivi bħala show of force tan-nies ta’ Adrian Delia fuq il-Fosos.

Biss dak li dan il-ġurnalista ma għamilx huwa li pprova jara jekk meta kien hemm l-inkwiet fil-Partit Nazzjonalista u r-ribelli riedu jneħħu lil Adrian Delia, fejn kien Jonathan Dingli. Dak li qed jiġri li ħafna li kienu kwieti waqt din il-ġlieda kontra Adrian Delia qed jirrealizzaw kemm Adrian Delia kien vittma ta’ komplott kontra tiegħu.

Biss taf x’missu għamel il-ġurnalist ta’ Lovin Malta Johnathan Cilia? Missu mar fuq stejjer passati u jekk dan il-minority leader fl-Imqabba kellux xi ġlieda ma’ Manuel Delia li joqgħod fil-lokalita’ u li kien qed jarmi l-ħara tal-annimali tiegħu għal ġot-triq. Din l-istorja kienet spiċċat fuq Facebook u Jonathan Dingli kien affronta lil Manuel Delia fuq din il-biċċa. Ara fuq din l-istorja l-ġurnalist ta’ Lovin Malta ma kiteb xejn. Aktar naħseb li Dingli twarrab fl-Imqabba minħabba din l-istorja għaliex jekk tikkritika lil Manuel Delia u tikxef il-ħmieġ tiegħu tispiċċa tkun mitqies għadu fil-Partit Nazzjonalista u ma jibqax post għalik fil-istess partit.

https://www.one.com.mt/news/2021/01/15/il-pn-mitluf-ftghajjir-dwar-l-irwejjah-ta-manuel-delia/?fbclid=IwAR2MVf9ERxefQUTmIUT188A9oSCcaDjOVwUJaXSF7N95EykrRqHqQWCzaLQ

Infakkar lil Johnathan Cilia li kiteb dan l-artiklu li l-ex-CEO tiegħu llum qed imexxi lill-Partit Nazzjonalista u s”issa minflok qed jiġbed in-nies lejh aktar qed jirnexxilu ikeċċihom u mbagħad l-istess gazzetta li darba kienet tiegħu minflok tfittex il-vera raġun tipprova titfa’ t-tajn u tassoċja xi riżenja bħal din ma’ Adrian Delia meta dan spiċċa bħala Pilatu, kull darba jiddaħħal fil-Kredu!  

Wara din ir-reżenja, persuna akkanita Nazzjonalista, kitbitli u qaltli li l-PN għadu jwarrab lin-nies minħabba Manuel Delia!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *