Il-ġlieda fil-kamp tal-Lejber għall-voti fuq ir-raba’ distrett
Fuq ir-raba’ distrett hemm għalqa fertili għall-voti. Fuq dan id-distrett hemm tliet kandidati Laburisti li mhux ħerġin. Hemm Silvio Parnis, Konrad Mizzi u Etienne Grech.
B’hekk fuq dan id-distrett ħerġin numru ta’ kandidati ġodda Laburisti li qed ikunu ppreżentati bħala heavy weights. Barra Chris Fearne, li ilu jitla’, hemm numru ta’ kandidati ġodda, fosthom Jonathan Attard li ġa ġie co-opted fil-Parlament. Hemm ukoll Byron Camilleri fuq dan id-distrett. Dan illum hu ministru. Issa ħierġa Amanda Grech Spiteri li għandha profil għoli fil-Partit Laburista. Din ser twassal għall-sfida akbar għal Katya Degiovanni u għal Chris Bonett li huma kandidati ġodda fuq dan id-distrett.
Dak li hu żgur li l-Lejber induna li hemm għalqa fertili ta’ voti. Tefa’ numru ta’ kandidati b’saħħithom ħalli jieħu kemm jista’ jkun voti minn dan id-distrett u forsi anki jnaqqas l-ammont ta’ voti li jista’ jġib Fearne biex ma jġibx bħala voti globali, aktar mill-istess Prim Ministru.
Din l-għalqa fertili għall-Lejber qed tikber minħabba li l-PN mhux b’saħħtu fuq dan id-distrett minħabba l-inkwiet li ġie kkreat bl-attitudni ta’ Jason Azzopardi. L-inkwiet familjari wassal biex naqqas l-appoġġ għal Jason fuq dan id-distrett. Minflok il-PN qed jaħdem biex isaħħaħ dan id-distrett, qed iħalli din l-għalqa fertili lill-Partit Laburista.