Mhux aħjar Manuel Delia u The Times jaraw jekk hemmx ir-raġel tal-imħallfa Lofaro fil-proġett tal-Jerma?

Bil-fors ikollok tasal għall-konkluzzjoni li qabel l-2013, meta l-Partit Nazzjonalista kien fil-Gvern kien hemm ħafna arroganza. Din l-arroganza ma kienetx biss mifruxa fuq il-Ministri u Segretarji Parlamentari imma kienet tferrxet ukoll ma’ nies qrib tal-ministri u politiċi oħra. Kienet żgur refgħet rasha ma’ dawn li kienu jaħdmu fis-segretarjati tal-ministri jew segretarji parlamentari.

Tiftakruh lil Austin Gatt? Tiftakru min kellu madwaru għall-proġett dwar it-trasport pubbliku? Tiftakru min kien jidher fuq quddiem kull darba li tiġri xi ħaġa dwar l-Arriva? Iva sewwa qed tgħidu, dak kien Manuel Delia. Illum għadu idur mas-saqajn imma ma qiegħed ma’ ebda politiku direttament. Anzi issa sirna nafu li ħa sitt xhur mistrieħ imħallsa ġewwa pajjiż Ewropej. Huwa għandu l-blog tiegħu u jikteb ħafna f’isem parti mis-Soċjeta’ Ċivili.

Biex tkunu tafu kemm għadha teżisti l-arroganza, isimgħu x’kiteb fid-daħla ta’ artiklu li tella’ ftit tal-jiem ilu. Dan huwa kliemu għax dan il-blogger jikteb bl-ingliż, għandu kull dritt,

“Let’s be clear from the outset. I’m going to take quotes out of their proper context and jumble them together in ways Joseph Portelli did not mean them to be. So the charge of unfairness and perhaps even the risk of misrepresentation is plausible.

Bejn wieħed u ieħor qed jgħid mill-ewwel, li se jieħu xi kwotazzjonijiet barra mill-kuntest propju tagħhom, iħawwadhom flimkien b’tali mod li Joseph Portelli ma riedx ifissirhom. Mela jekk tgħajruh mhux ġust mal-kliem jew anke għar-riskju ta’ nuqqas ta’ rappreżentazzjoni, tkun plawsibbli. Tirrejalizzaw kif għandek xempju ta’ arroganza bla qies!

Manuel Delia jiftaħar li se jikkwota lil Joseph Portelli barra mill-kuntest u li dak li se jikteb fuqu mhux minnu. Imma possibbli imbagħad irid li dak li jikteb jiġi emmnut. Kemm-il artiklu kiteb barra mill-kuntest?

Ara jien ser nikteb f’kuntest. Jaf Manuel Delia li wara l-proġett tal-Jerma ma hemmx biss Joseph Portelli imma hemm ir-raġel tal-imħallfa Abigail Lofaro li riedet tagħti l-poplu Malti lezzjoni ta’ kemm għandna korruzzjoni? Hawn qed nitkellem fuq Pierre Lofaro. Jaf Manuel Delia li magħhom hemm il-Franċiż? Ara fuq dawn l-affarijiet ma jikteb xejn dan ix-xempju tal-onesta’.

Taf x’missu staqsa Manuel Delia. Li l-art li l-gvern ta lil Corinthia ġewwa Wied il-Għajn tahilha b’kundizzjoni li tkun żviluppata għat-turiżmu u mhux biex jinbnew torrijiet li l-appartamenti tagħhom ikunu residenzjali. Jista’ jgħid il-gvern kemm ser tkun is-somma mitluba sabiex din il-kundizzjoni fil-kuntratt tiġi mneħħija ħalli dan il-proġetti jkun jista’ jsir?

Dawn huma l-affarijiet li Manuel Delia għandu jistaqsi. Imma fuq ir-raġel tal-Imħallfa Lofaro ma jikteb xejn bħal ma kiteb xejn fuq il-Franċiż. Min jaf għaliex?

Għalhekk il-Partit Nazzjonalista mhux kredibbli b’nies bħal Manuel Delia ma’ saqajh. Manuel Delia ġa kien fil-qalba ta’ Gvern Nazzjonalista. In-nies qed jaraw fih l-arroganza li kien hemm qabel 2013, fejn tal-qalba kienu baqar sagri u ħadd ma kien jitkellem dwarhom.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *