Ta’ Repubblika b’ħalqhom magħluq dwar il-vilel fuq Kemmuna

Interessanti kif l-aħbar li fuq Kemmuna se jinbnew vilel biex jinxtraw mis-sinjuri ftit li xejn smajna dwarha minn sħabna ta’ Repubblika. Tgħid għal xix? Ara issa ma ħarqithomx qalbhom li dawn huma vilel għas-sinjuruni. Imbagħad tqalleb ftit u tibda tiskopri min hu l-iżviluppatur li se jdaħħal miljuni kbar minn dan il-proġett. Ħadd ħlief Melo Hili, ħu Marin Hili, li għadu kemm xtara l-bini ikoniku tat-Times fil-Belt biex iwaqqgħu u jibni appartamenti lussużi u moderni bieb ma’ bieb mal-Berga ta’ Kastilja.

Mhux ta’ b’xejn tgħorkok għajnejk meta tara li dawn tar-Repubblika lil min iridu biss jattakkaw, imma mhux lil kulħadd. Ara lil min xtara l-bini ta’ The Times b’ħalqhom magħluq dwaru. Jistgħu jgħidulna jekk Melo Hili hux jagħti donazzjonijiet lil Repubblika, Occupy Justice u Civil Society Network?

Interessanti kif lanqas il-media li jikkontrollaw tar-Repubblika ma qalu kelma fuq dan l-iskandlu tal-vilel fuq Kemmuna. Il-media tal-Knisja li hi kkontrollata minn ħaten Beppe Fenech Adami – Anton Attard – ma qalet xejn kontra dan il-proġett. Anzi faħħritu. L-arċisqof Scicluna waqa’ fil-muta. L-anqas bagħat tweet wieħed fuq l-proġett ta’ Kemmuna u jgħidilna li dan hu frott ir-rebgħa.

Anzi, minflok ma kkundannawhom, l-portal tal-isqfijiet Maltin għamlu intervista biex ifaħħru l-proġett u jimbottawh ‘il quddiem. Din l-intervista serviet biex Antonio Belvedere, l-perit responsabbli mill-proġett, ftaħar li dan il-progett se jagħti l-ogħla importanza lill-aspett ta’ sostenibilita’ u responsabilita’ ambjentali.

X’għarukaza hux! Two weights two measures.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *