Kuntrast fl-orjentament ideoloġiku bejn Eddie Fenech Adami u Bernard Grech

Artiklu minn Hermann Farrugia

F’dan l-artiklu, ser nagħti ħarsa lejn il-kuntrast ideoloġiku li jeżisti bejn Eddie Fenech Adami, li ser ikun qed insejjaħlu E.F.A. u Bernard Grech li għal l-iskop ta’ dan l-artiklu, qed insejjaħlu M.I.B.G. jiġifieri ‘min iridha ta’ bħalu l-ġdid’ – b’referenza għall-istess Eddie Fenech Adami.

Ħaġa tal-iskantament kif studju b’ċertu reqqa tal-orjentazzjoni tal-prinċipji ideologici taż-żewg kapijiet jindikaw ċertu distakk fil-ħsieb politiku li wara kollox effettivament jirrifletti ċ-ċirkostanzi eżistenzjali taż-żminijiet partikolari. Kien għalhekk li E.F.A. kien manifest taċ-ċentru kif rettament immoderat spiritwalment u etikament mill-fehma predominanti tas-sebgħinijiet (u anke tmeninijiet ) imħaddna minn Partiti DemoKristjani Ewropej sħabu. Bil-mod il-mod, irnexxilu jersaq kemmxejn lejn iċ-Ċentru Xellug anke fuq il-gwida determinanti tal-konsulenti illustri li żamm madwaru.

Għall-kuntrarju, M.I.B.G. b’ċertu policy-position statements li qiegħed jippermetti isiru kif ukoll diskors ‘off-the-cuff’ qed ixaqleb lejn ix-xellug partikolarment b’ċertu stands pjuttost toleranti għall-għajta dejjem aktar insistenti tal-għażliet liberali-progressivi. Jispikkaw ukoll f’M.I.B.G. ċertu kliem distintivament ta’ għira u disprezz għall-klassi aktar għolja mill-medja u ġeneralment aktar sinjuri. Per eżempju E.F.A. la fl-ewwel sena ta’ ħidma ta’ djalogu intens fis-77/78 u lanqas ferm wara, qatt ma’ daħħal ‘il-mibegħda tal-klassi’ fid-diskors politiku elokwenti tiegħu.

E.F.A. anke forsi pjuttost opportunistikament, qatt ma irnexxilu jiġġenera l-‘gutts’ li lissen it-termini ta’ sinjuri-miljunarji jew jirreferi għal dawk il-familji imrobbija u trabi imfisqija ‘bl-imgħaref tal-fidda’. Pjuttost E.F.A. kien jeżigi u isammar twemminu bil-frażi kulminanti: ‘aħna qalbna mal-ħaddiem’. U dan intelliġentement mingħajr ma E.F.A kien jasserixxi jekk kienx wild ta’ familja tal-ħaddiem u allura anqas fortunata (kif fażullament qiegħed iħambaq kuljum M.I.B.G.) jew kienx ġej minn qafas aktar ixxamplat bħalma spiss huwa l-każ mill-klassi medja u ‘l fuq. Irid jingħad ukoll iżda li paradossalment, M.I.B.G. qiegħed jieħu importanza mixtieqa u mistħoqqa minn bosta dwar kriterji ta’ ħsieb purament konservattiv moderat, politikament ibbilanċjat u opportun.

Dak ta’ ħarsien effettiv u matur tal-ambjenti rurali kif ukoll tal-ispazji miftuħa pubbliċi fl-ibliet u rħula Maltin u Għawdxin u dan għat-tgawdija ta’ kulħadd. Dan l-ekwilibriju bejn l-iżvilupp ekonomiku u l-avvanz ekologiku-estetiku-rikrejattiv propost minn M.I.B.G. għall-Familji tagħna huwa ‘feather-in-the-cap’ ċar għal M.I.B.G.

Ovvjament ma’ kienx għadu daħal fl-agenda urġenti ta’ E.F.A. matul l-ewwel tnax-il xahar imżewwqa daqs kemm kienu imqalba fil-bidu ta’ tmexxija fil-ħatra ta’ E.F.A.

Leave a Reply