Il-gibda ta’ Manuel Delia kompliet żżid l-isfiduċja fl-ġurnaliżmu Malti

Blog post minn osservatur politiku

Manuel Delia ħoloq narrattiva biex jilgħabha tal-miskin. Kemm hi kerha meta toħloq storja ibbażata fuq salt gideb imma l-iskop uniku jkun biex tipprova tiġbed is-simpatija. Kemm toħroġ ta’ ċuċ meta inti tersaq quddiem il-pubbliku tilgħabha tal-jaħasra u jkun hemm min jikxiflek sormok. Kif tista’ toħloq storja meta taf li qed tipprova titma’ lill-poplu salt ingann li jkun hemm ċans li llum jew għada se tinqabad. It-tajjeb tafu x’inhu li l-gidba ma tantx gawdija Manuel Delia. In-narrattiva bniha fuq ir-ramel u ċediet mal-ewwel intopp.

Dan huwa dak il-bniedem li mingħalih ried jieħu post Daphne Caruana Galizia. Dan huwa dak il-bniedem li ħaseb li għandu moħħ li jwasslu biex jagħmel l-investigazzjonijiet li kienet tagħmel Daphne. Dan huwa dak il-bniedem li tant jiftaħar bil-ħbieb li għandu madwaru, imbagħad ipprova jgħaddihom biż-żmien. Dan huwa l-ħabib ta’ Jason Azzopardi li bellagħlu dan l-iskoss gideb, b’tali mod li Dr Azzopardi ħareġ jikteb fuq Manuel Delia u jirrakkonta l-istess narrattiva li pprova jdaħħaq biha Manuel Delia.

Tant ħareġ ta’ ċuċ Manuel Delia li, biex nieħu biċċa mil-vanġelu, wera li lanqas hu kapaċi biex jaqflilha l-qorq lil Daphne Caruana Galizia. Dan bniedem ma jafx jistħi. Dan bniedem li jekk tgħidlu giddieb tkun qed tonorah. Dan huwa bniedem li anke lil familtu żeffen fin-nofs u rredikulhom.

U Caroline Muscat bir-raġun ħaditha bi kbira meta qamet fil-għodu u ssib min jgħidilha jew jistaqsiha għaliex mhux qed jitkellmu favur Manuel Delia. Caroline Muscat ma waqgħetx għal-lixka li prova jistgħad biha lill-poplu, Manuel Delia. Ms. Muscat qaltilna bħala fatt, li Delia qed jieħu sitt xhur vakanza ġo belt fl-Ewropea u fuq kollox imħallsa. Hu se jkun jista’ jkompli bix-xogħol li jagħmel mingħajr diffikulta’ ta’ xejn. Ms. Muscat marret fuq dawn it-tip ta’ programmi u taf kif jaħdmu eżatt u taf ukoll li kien hemm għaddejja offerta għal dan il-programm., għax offrewh lilha wkoll.

Min ikun qiegħed mhedded żgur ma jiddikjarax mal-erba’ t’irjieħ li se jsiefer. Żgur ukoll li meta jkun hemm theddid serju, ma tħallix lill-familtek warajk imma tmur tistaħba x’imkien int u l-familja kollha tiegħek. Trid tkun veru giddieb biex toħlom li se titlaq mill-pajjiż minħabba theddid serju fuq ħajtek minn persuni qrib l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Tant irrakkonta b’idu fuq qalbu, li anke l-Prim Ministru talab li Manuel Delia jkollu l-protezzjoni mill-pulizija.

Caroline Muscat, biex tkun ċerta, kelmet lil Manuel Delia. Qalilha li qed jibża’ mill-attakki tal-‘web spoofs’ u l-kawża ‘slapp’ fuq chats li saru snin ilu. Biex ikompli jħarref hu qal lill-ġurnalist Taljan li jaqla’ x’jiekol mid-donazzjonijiet li jagħtuh il-qarrejja tiegħu u bl-għajnuna ta’ martu. Ánki fuq din tal-ħlas Caroline Muscat ikkritikat lil Manuel Delia u qaltlu ċar li bil-komportament tiegħu qed jagħmel ħsara kbira lill-kawża għall-verita’ u l-ġustizzja li qed issir għal Daphne.

Muscat qalet li ħadd ma għandu jipprova tiġbed is-simpatija pubblika b’dan l-oxxenitajiet u dan il-gideb. Kull ma għamel Delia huwa li kompla żied l-isfiduċja fil-medja Maltija li qed tagħmel kampanja għall-ġustizzja ta’ Daphne. Manuel Delia għereq fil-gideb tiegħu stess. Delia fassal narrattiva li kienet mibnija fuq ir-ramel u ħareġ ta’ ċuċ waħda sew. Barra minn hekk ma kienx veritier ma’ ġurnalist barrani u gidiblu għax il-ġurnalist ma kienx jaf l-affarijiet kif tassew huma. Kull ma għamel hu li tilef kull krettu li seta’ kellu u li issa jista’ jaqbad il-pinna u jserraħha għax ħadd ma hu se jemmnu iżjed.

3 comments

  1. Giddieb u kretin, dak li hu manwel delia. Dal ghodu prova, bi tqanzih, jaghmel esercizzju ta damage limitation. Kien qisu serp go kantuniera!

Leave a Reply