Il-flokkijiet saru aktar importanti mill-prinċipji fil-Partit Nazzjonalista

Messaġġ li rċevejt mingħand partitarju Nazzjonalista

“Għall-Partit Nazzjonalista tal-lum, xi flokk tilbes sar aktar importanti mill-istess prinċipji ta’ dan il-partit. X’tilbes sar aktar importanti aktar minn jekk intix favur jew kontra l-abort. Mela waqt li flokk ma hux permess waqt attivita’ politika, kandidati li huma pro-choice huma permessibli li jattendu attivitajiet politiċi anki jekk il-prinċipji tagħhom imorru kontra l-istess statut tal-Partit Nazzjonalista.

Hawn qed nitkellmu fuq prinċipji li xi darba kienu xi ħaġa sagra fil-Partit Nazzjonalista. Illum xi flokk tilbes sar dak li hu sagru fil-PN. Kif ktibt int, Dr. Mercieca, illum tista’ tidneb kontra l-Partit Nazzjonalista jekk tmur b’xi flokk b’isem ta’ kandidat imma li timmilita’ kontra l-ħajja fi ħdan l-istess Partit Nazzjonalista sar dritt tal-liberta’ ta’ espressjoni.

X’inhu ir-riżultat? Dan rajnieh nhar it-Tnejn fuq il-Fosos. Marċ tal-aħħar tat-Tridu jiġbor aktar nies milli ġabar il-Partit Nazzjonalista!

Spiċċajna f’ċirkostanzi tal-biki u prattikament irrelevanti!”

Leave a Reply