Dak li ma qalx Georg Sapiano huwa li kien jieħu konsulenza fuq l-Arriva

Blog post minn osservatur politiku

Dr. Georg Sapiano ħareġ għonqu biex jiddefendi lil Manuel Delia wara li Caroline Muscat kitbet l-artiklu tagħha dwar Manuel Delia. Fil-kumment li tella’ fuq Facebook, Sapiano qal li l-ħbiberija tiegħu ma’ Manuel Delia tmur lura ħamsa u għoxrin sena.

Jekk Dr Sapiano jidhirlu li għandu jiddefendi xi ħaġa, li skond kif qrajna fl-artiklu ta’ Caroline Muscat hija pjuttost il-bogħod mill-istampa li ġiet poġġuta quddiemna, dik tibqa’ affari tiegħu. Peress li jafu lil xulxin sewwa Dr Sapiano qal li għandu ħafna informazzjoni dwar minn xix kien għaddej Manuel Delia f’dawn l-aħħar xhur. Fil-fatt Dr. Sapiano jgħid li kienet diffiċli ħafna għal Manuel Delia, martu u t-tfal tagħhom, biex iżommu s-serenita’.

Imma anke minn din ir-raġuni biss, hemm xi ħaġa li ma tinkwadrax. Għax jekk tilfu s-serenita’ bħala familja, kif tispjega l-fatt li Manuel Delia se jsiefer waħdu u mhux bil-familja? Allura kien lest li jmur biex isib is-serenita’ waħdu? Jekk jeżisti l-inkwiet anke fil-familja, allura kienet iktar tagħmel sens kieku Delia qal li se jitlaq b’kulħadd.

Imma Dr. Sapiano jemmen in-narrattiva ta’ Manuel Delia li organizzazjoni partikulari li tara li tgħin lil ġurnalisti li jsibu ruħhom attakkati jew intimidati. Din l-istess organizzazjoni toffri dan it-tip ta’ arranġament biex ġurnalist jitlaq minn pajjiżu għal ftit żmien. Allura anke hawn, Dr. Sapiano qed jikkonferma li dak li qalet Caroline Muscat huwa veritier. Fil-fatt jikkonferma li l-organizzazjoni offriet lilu biss biex imur barra minn Malta. Tant hu hekk li fil-fatt Delia qal li se jħalli lill-familja Malta. Bil-ħsieb li jnaqqas l-inkwiet fid-dar, u jsib ftit trankwillita u ftit serenita’.

Dr. Sapiano jkompli jgħid li Delia sejjer sitt xhur barra mhux biex jagħmel xi gwadann edukattiv imma biex inaqqas it-tensjoni d-dar u biex ikun jista’ jaħdem aħjar. Sapiano qed jara l-kitba ta’ Caroline Muscat minn aspett differenti. Huwa qal li Muscat ma tistax tifhem is-sitwazzjoni ta’ Delia għaliex hi ma għandiex tfal u allura meta qabdet u telqet ma ħallitx tfal warajha. Mela f’din iċ-ċirkostanza Muscat ma tistax tifhem xi tfisser meta Delia jissepara ruħu minn familtu.

Biss Caroline Muscat interpretat is-sitwazzjoni bħalma interpretawha ħafna li qraw din l-aħbar, li meta tkun mhedded il-biża’ tkun fuqek u fuq familtek. Mela kienet iktar tagħmel sens kieku Manuel Delia baqa’ kwiet, ma qal xejn, qabad il-familja u mar għal ftit żmien barra minn Malta. Imma Georg Sapiano qed jara kollox minn lenti differenti.

Biss ħaġa waħda ma qalx Georg Sapiano dwar din il-ħbiberija kbira ta’ bejnithom. Meta Manuel Delia kien imexxi l-Arriva, Sapiano kien ġie mogħti kuntratt biex jagħmel xogħol ta’ konsulenza fuq dak il-proġett partikulari.

One comment

Leave a Reply