Il-Prim Ministru għandu jordna lill-pulizija biex tinvestiga lil Manuel Delia dwar stejjer ta’ theddid li ma jeżistux

Skont The Times, il-Prim Ministru kkundanna t-theddid li qal li qed jirċievi Manuel Delia u li minħabba fih ser iħalli l-pajjiż. Fuq kollox, The Times tgħidilna li l-Prim Ministru saħansitra ordna lill-pulizija biex tinvestiga dan it-theddid u l-kummissarju tal-pulizija qiegħed f’kuntatt miegħu. Issa ħareġ li dan t-theddid hu biss fantażma. Hawn nixtieq nistaqsi lill-Uffiċju tal-Prim Ministru jekk ivverifikawx l-affarijiet qabel ma taw kumment lil The times. Taf kemm nies ġew mhedda u qatt ħadd ma tkellem favur tagħhom jew offrilhom protezzjoni!

Brian Hansford huwa ġurnalist li jsostni li hu kien ġie mhedded u ma sab l-ebda komfort mill-pulizija. Caroline Muscat hija ġurnalista oħra li qalet li kienet ġiet mhedda tant li kellha bżonn anki li jkollha sigurta personali.

Fuq kollox, hija Caroline Muscat ta’ The Shift News li tagħtna l-aqwa storja fuq dak li qed jiġri u kixfet li din hija storja mmuntata minn Manuel Delia. Skont Muscat wieħed ma jgħidx li qed ikun mhedded u jħalli warajh lill-familja biex imur jieħu post fl-Ewropa biex jaħdem minn hemm għall-perjodu ta’ sitt xhur. Fuq kollox, Caroline Muscat qalet li Manuel Delia ser ikun imħallas fl-Ewropa, minn fejn ser ikompli jikteb bi ħlas waqt li jieħu perjodu ta’ mistrieħ. Aktar minn hekk, Muscat kompliet tgħidlu li min verament jkun mhedded ma jgħidx x’ser ikun ser jagħmel u wisq aktar li ser ikun qed isiefer.

Fuq kollox, hija qalet li kienet offruta l-istess xogħol li ġie offrut lil Manuel Delia fl-Ewropa iżda hija ma aċċettatux. Imbagħad il-Media hekk imsejħa indipendenti qalet li Manuel Delia qed ikun mhedded u l-Prim Ministru ħareġ juri solidarjeta’ miegħu u jagħtih il-protezzjoni tal-pulizija.

Il-prim ministru sew jagħmel li juri solidarjeta’ ma’ min ikun mhedded u sew tagħmel il-pulizija li toffri protezzjoni, imma qabel jagħmel statement bħal dan, l-uffiċju tal-Prim Ministru irid ikun żgur li dik il-persuna qed tkun verament mhedda u mhux kif ġara, din tkun kollha montatura. Infakkar li l-ġurnal li qed jgħid li din hija montatura ġej mill-istess kamp ta’ Manuel Delia. Mhux sew li persuna tagħmel ħsara bħal din għaliex tkun sabet opportunita’ biex tmur taħdem sitt xhur fl-Ewropa u tiffabbrika storja madwarha. Imbagħad Prim Ministru jingħaqad, jikkundanna u jitlob li jkun investigat theddid li ma jeżistixl

Dak li għandu jagħmel il-Prim Ministru huwa li jitlob lill-pulizija biex tinvestiga lil Manuel Delia wara din l-istorja li ħarġet f’The Shift News.

2 comments

  1. I agree perfectly that the police should investigate whether there were any real threats. But there’s no need for the PM to ask the boys in blue to do so.

    In my view, the PM’s statement ie asking the police to investigate the threats, was an intelligent move as it renders the government’s critics as rebels without a cause. I am sure the PM knew full well he does not to instruct the police to investigate but did so cleverly for reasons mentioned earlier.

    The wannabe Daphne has been busted! Even Christian Grima himself, who seems or seemed till recently to have “aligned” himself with all factions making up the PN, as urged by peregin, berti Mercieca and others, has now called out delia for the fake person that he is. Seems like Christian’s conversion to “align” himself was short lived.

    Merely my reading of the situation.

Leave a Reply to John Cancel reply