Sar dnub għall-partitarji Nazzjonalisti li jilbsu l-maduma fuq il-flokk tagħhom

Bħalissa hawn domanda fost in-Nazzjonalisti għall-flokkijiet b’Adrian Delia u l-arma tal-Partit Nazzjonalista fuqhom. Din tidher li ikkreat paniku fil-Partit Nazzjonalista. Dan wassal biex il-kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, jagħmel kumment li ma niżel xejn tajjeb man-Nazzjonalisti. Grech qal li l-fatt li grupp ta’ Nazzjonalisti marru fuq il-Fosos dawn il-flokkijiet ma kienx aċċettabbli. Fi kliem ieħor għamlu dnub u fil-linġwa reliġjuż dan ifisser li ħaqqhom l-iskomunika. Dan ħalla ħafna Nazzjonalisti mbellħa. Dan fakkarhom fi żmien Mintoff meta ma stajtux iġġib l-isem Malta għax jittellgħu l-qorti jekk mhux biss bil-permess tal-Prim Ministru. Issa ma tistax iġġib l-isem ta’ Adrian Delia u l-arma tal-Partit fuq flokk tiegħek u tmur għall-avveniment politiku bih.

Bernard Grech għandu kull dritt ma jaqbilx mal-istrateġija li qed jaddottaw is-segwaċi ta’ Adrian Delia, iżda l-kliem li uża hu ħażina ħafna. Dan għaliex Bernard Grech kien qed iwieġeb mistoqsija insidjuża tal-ġurnalist Jacob Borg. Bl-Ingliż jgħidulhom kien qed iwieġeb ‘loaded questions’. Dawn ikunu mistoqsijiet retoriċi li min jagħmilhom ikollu biss l-iskop li jsaħħan żewġ partijiet. Fuq kollox, dan kien pjan orkestrat li beda dalgħodu fil-Lovin Malta u kompla minn The Times.

U Bernard Grech, sforz in-nuqqas ta’ esperjenza politika, daħal għaliha bħal mazzun. Minflok ma wieġeb li japprezza l-entużjażmu tal-kanvasers ta’ Adrian Delia u mbagħad jekk hemm xi issues imur u jsolvihom fil-magħluq, ħa l-opportunita’ biex iħeġġeġ lil kulħadd jiġbed ħabel wieħed, waqt li attakka lil Adrian Delia. Dan ifisser li Bernard Grech infexx jgħajjar lin-Nazzjonalisti ħutu meta qallhom li dak li għamlu, għax ħarġu bi flok bl-arma tal-Partit Nazzjonalista, hu inaċċettabbli.

Allura waħidha tqum il-mistoqsija. Allura tal-ġakketta blue kienu inaċċettabbli wkoll? Għal min se jqum u jgħid li dak kien żmien ieħor, mill-ewwel inwieġbu li xbajna nisimgħu li Malta tinsab f’xifer il-preċipizzju tad-demokrazija bħalma konna fis-snin 80. Dak iż-żmien kellna l-qtil politiku ta’ Raymond Caruana u llum għandna l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Allura x’qed jagħmlu ħażin partitarji li fl-2021 jilbsu polo shirt blue?

Infakkar ukoll f’inċident li kien inqala’ fl-2012 barra l-Istamperija meta Jeffrey Pullicino Orlando kien mar id-dar Ċentrali ma’ żewġ bodyguards. Ħafna kienu dawk li llum kienu ma’ Adrian Delia libsin bit-T-Shirt blue kienu hemm dakinhar fuq ordni tal-partit. Allura issa x’qed jagħmlu ħażin meta dakinhar kien kollox aċċettabbli? Kif jista’ Bernard Grech jagħmel konferenza tal-aħbarijiet li fiha jitkaża b’Nazzjonalisti bħalu għax marru fuq il-Fosos bi flokk blu u warajh ikollu kandidata li sfaċċatament tisfida l-istatut tal-partit billi tiddikjara li hi favur l-abort?

Tajba din, allura lil Emma Portelli ħareġ jiddefendiha Bernard Grech għax qal li fil-Partit Nazzjonalista hemm id-djalogu u lil dawk li ħarġu bil-maduma fuq sidirhom ħareġ jikkundannhom! Skużani Bernard Grech, qatt teħodha kontra l-maduma. Wara l-gvern il-maduma sfidat imperu Ingliż u kienet wara l-qawmien tal-Partit Nazzjonalista meta kulħadd ħaseb li kien miet. Il-maduma tiġri fil-vini ta’ kull Nazzjonalist ta’ veru!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *