Il-gazzetta li kienet ta’ Peregin toħroġ storja kontra Adrian Delia fil-jum li għandu jiltaqa’ l-esekuttiv biex jitkellem fuq distretti elettorali

Julian Bonnici, ġurnalista ta’ Lovin Malta, reġa’ tella’ storja oħra biex mingħalih joskura lil Dr Adrian Delia. Bħas-soltu din l-istorja hija meħuda miċ-chats li hemm mill-mobile ta’ Yorgen Fenech u li skont Racbel Montebello ma għandhomx ikunu ppubblikati. Imbagħad dawn il-ġurnalisti jitkażaw għaliex lili Montebello qegħditni darbtejn taħt disprezz.

Din id-darba aħbar kbira fejn qalilna li Keith Schembri qal lil Yorgen Fenech li sakemm hu, jiġifieri Keith Schembri, jibqa’ fil-poter lil Adrian Delia ma jmissuhx. Bil-mod sfaċċat tiegħu, Julian Bonnici, jipprova jagħti x’jifhem li Keith Schembri u Dr Adrian Delia kellhom xi relazzjoni jew ftehim flimkien.

 Li ma jagħmilx Julian Bonnici, kif suppost jagħmlu l-ġurnalisti serji kollha, hu li janalizza s-sitwazzjoni u jagħti rendikont. Għaliex mhux qed jistaqsi għall-mobile ta’ Keith Schembri ħalli jkollna l-kuntest għala skont Keith Schembri, lil Adrian Delia ma kienux ser imissuh? Qed jimplika li Keith Schembri kellu xi ftehim ma’ Jason Azzopardi u l-klikka?

Jekk veru li Keith Schembri qal lil Yorgen Fenech, li jrid li Adrian Delia jibqa’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, ir-raġuni hi waħda sempliċi ħafna. B’Adrian Delia fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista l-partit kien se jibqa’ mifrud minħabba l-klikka ta’ Jason Azzopardi u sħabu. Infakkar li Jason Azzopardi qatt ma rass fil-qorti lil Keith Schembri. Għaliex Julian Bonnici ma jistaqsix għaliex?

Sakemm il-Partit Nazzjonalista jibqa’ mifrud, kif għadu s’issa, s-surveys jibqgħu ħżiena għal Partit Nazzjonalista. Li ma jgħidx Julian Bonnici hu, li kieku l-klikka ta’ Jason Azzopardi aċċettaw il-vot demokratiku tat-tesserati u ħadmu ma’ Adrian Delia, kieku Keith Schembri ma kienx ikun iridu fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista għax kien ikun ta’ theddida għalih u għal Joseph Muscat.

Allura, hu ovvju għala Keith Schembri ried li Adrian Delia jibqa Kap, biex il-klikka ta’ kontrieh tibqa’ taqla’ l-inkwiet intern u l-Partit Nazzjonalista ma jieħu r-ruħ qatt. Nispera li ma kienx hemm membri fil-klikka li kienu qed igawdu minn dan kollu. Għalhekk kull mobile ta’ Keith Schembri huwa mportanti.

Ara fuq dan il-punt Julian Bonnici tal-Lovin Malta ma tkellimx. L-aqwa li jħammeġ lil Adrian Delia. Nistennew li dawn l-attakki fuq Adrian Delia se jiżdiedu aktar ma toqrob l-elezzjoni bil-għan li jtellfu l-voti lil Adrian Delia. Fuq kollox, illum hemm l-lagħqa tal-esekuttiv li suppost għandhom ikun approvati aktar kandidati u hemm il-possibilita’ li jkun anki diskuss fuq liema distrett ieħor għandu joħroġ Adrian Delia. Ma hemmx dubju li din ħarġet f’dan il-kuntest biex jingħata għajnuna Bernard Grech għaliex ma jridx li Adrian Delia joħroġ fuq id-distrett ta’ Ħaż-Żebbuġ.

One comment

Leave a Reply to qurdina Cancel reply