Kurt Sansone jagħmel riklam b’xejn lill-flokkijiet ta’ Adrian Delia. Partitarji Nazzjonalisti qed jistaqsu għalihom.

Kurt Sansone tal-Malta Today għoġbu joħloq storja mill-preżenza tal-partitarji ta’ Adrian Delia fuq il-Fosos. Il-bieraħ, numru żgħir ta’ partitarji ta’ Adrian Delia marru bi ħġarhom għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza. Il-Malta Today ippubblikat storja fuqhom. Dan is-sit ġie kkuntattjat minn persuni ta’ Adrian Delia li kienu fuq il-Fosos. Dawn kollha xtaqu jirringrazzjaw lill-Malta Today li tathom dan il-coverage kollu. Biss mhux sew, qaluli, li preżenza tagħhom tintuża minn din il-gazzetta biex ikun oskurat Adrian Delia.

Jekk dan kien il-għan, ikolli ngħid li ma ntlaħaqx. Qed ngħid dan minħabba l-emfasi li Kurt Sansone għamel fuq il-fatt li dawn il-partitarji ‘made their presence felt’. Fl-istess waqt, il-ġurnalista għamel referenza għal fatt li skont hu canvassers ta’ Adrian Delia “bagħtu lil waħda mara tixxejjer ‘l hemm għax ma qablitx mal-uniformi tagħhom“.

Biss nixtieq nistaqsi, fil-verita’ dejqu lil xi ħadd dawn il-partitarji? Taw fastidju lil xi ħadd? Taw fastidju lil din il-mara, jew kienet din il-mara li kelmet lil dawn il-partitarji? Qed nagħmel dawn il-mistoqsijiet għaliex persuna li kienet hemm kitbitli hekk:

Jien kont wieħed minn dawk libsin il-flokk ta’ Adrian Delia. Biss ikolli ngħidlek li dan il-fatt li xandar Kurt Sansone ma seħħx kif inkiteb. Kont xhud ta’ kollox jien. Veru li għaddiet mara u qalet xi kliem li ma qablitx magħna. Għandha kull dritt għall-opinjoni tagħha. Ma qablitx li konna libsin flokkijiet ta’ Adrian Delia. Biss ma naħsibx li hi xi Nazzjonalista ferventi li attendiet diversi meetings. Forsi ma tiftakarx dawk il-kuluri tal-flokkijiet bl-isem tal-kandidat fuqhom. Forsi ma tantx għandha esperjenza ta’ mass meetings din is-sinjura.”

Persuna oħra li kitbitli u kienet hemm, kienet aktar speċifika dwar din l-istorja u qaltli hekk:

While it is true that a woman did speak to us and told us that we are causing division because of polo shirts we were wearing, only one replied to her and wisely told her that we were there representing our candidate as it’s the norm. He told her that we went to the meeting when many others did not and that we went to listen to our leaders’ speeches. All was over in a second as obviously, she could not reply back“.

Mela din l-istorja li qed tingħata minn dawn il-persuni li kienu hemm hija ftit differenti mill-mod ta’ kif ġiet irrappurtata fil-Malta Today. Imma biex ġurnalist jinqeda b’mara avanzata biex jagħmel storja, ma naħsibx li kellu wisq fuq xix jikteb. Dan jinkwetani għaliex jidher li d-diskorsi kienu fjakki; kieku ma kienx jinħela fuq dan id-dettall.

Persuna oħra li kienet fil-grupp fakkritni li fl-imgħoddi, il-kandidati dejjem kienu jitilgħu bil-gruppi tan-nies tagħhom. Il-problema tal-PN illum hija li ma għandux kandidati kapaċi jiġbdu n-nies. Fakkarni li kien hemm MP li ppruvat torganizza xarabanks għal fuq il-Fosos u ma rnexxilhiex. Biss, din il-persuna kompliet tgħidli li jekk kien hemm xi ġurnalisti u ħasbu li Adrian Delia jinsab waħdu, dan għarralhom bl-ikrah.

Nispera li din il-mara ma kienetx ġiet mibgħuta biex tkun tista tinkiteb din l-istorja ġurnalistika biex ikun oskurat Adrian Delia? Jekk din kienet il-ħadma, nixtieq ngħid li ma rnexxietx.

L-aħħar kumment kien mingħand persuna li kienet wara l-ħidma ta’ dawn il-flokkijiet. Hija qaltli li tixtieq tirringrazzja lil Kurt Sansone għal coverage li ta lil dawn il-partitarji talli kienu libsin flokkijiet bl-isem ta’ Adrian Delia fuqhom. Hija kompliet tgħidli li wara l-pubblikazzjoni ta’ din l-istorja, partitarji Nazzjonalisti avviċinawha biex jitolbuha flokk bħal dan. Ta’ dan tixtieq tirringrazzja lill-Malta Today għar-riklam b’xejn li għamlet għal dawn il-flokkijiet u talli, permezz ta’ dan l-artiklu fuq dawn il-flokkijiet, tqajjem mill-ġdid l-ispirtu fil-Partit Nazzjonalista.

Leave a Reply