Waħda mill-gwardjani li ser tkun mixlija ilha taħdem il-ħabs aktar minn tletin sena.

Waħda mill-gwardjani li ser tkun mixlija b’negliġenza fil-każ ta’ Kim Borg hija gwardjana li ilha taħdem fil-ħabs aktar minn tletin sena u din hija magħrufa fost sħabha li tagħmel xogħolha sew. Fost sħabha hija magħrufa li hija Nazzjonalista. Dan qed ngħidu mhux għax il-politika għandha jkollha bażi imma biex nikkonferma dak li ktibt f’artiklu ieħor, li fil-ħabs hemm persuni ta’ kull kulur politiku u dan hu biss attakk fuq il-ħaddiema tal-ħabs. U fuq dan ser inkompli nikteb aktar għaliex dawk li jitkellmu fuq il-ħabs iridu joħorġu l-fatti kollha.

Ma hemmx dubju li dan u każijiet simili huma pjetużi u huma każijiet ta’ qsim il-qalb aktar u aktar meta l-persuna tkun fil-fjur ta’ ħajjitha. Biss dak li wieħed għandu jixtieq huwa li jħalli lil din il-persuna tistrieħ fis-sliem u mhux kif qed jiġri jsir lotterija biha.

Nifhem il-preokkupazzjonijiet dwar dan il-każ għaliex dan mhux l-ewwel każ u l-anqas se jkun l-aħħar wieħed ta’ mewt fil-ħabs. L-għażla tinsab fejn dan il-poplu jixtieq jasal fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin. Fi kliem ieħor, l-element ta’ riskju ta’ mwiet fil-ħabs ser jibqa’. X’element ta’ riskju irridu li jkollna? Irridu li jkollna każijiet ta’ priġunieri li jmutu b’overdose jew li d-droga tinqered għal kollox mill-ħabs imma dan ser iżid l-element ta’ riskju tas-suwiċidji? Din il-vera mistoqsija li trid tingħad.

L-agħar ħaġa li tista’ tiġri hija li f’dan il-proċess kollu jispiċċaw jeħlu gwardjani li kull ma jagħmlu huwa li jmorru fil-ħabs biex jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum.

One thought on “Waħda mill-gwardjani li ser tkun mixlija ilha taħdem il-ħabs aktar minn tletin sena.

Leave a Reply

Your email address will not be published.