L-avukat ta’ Anthony Borg issemma fil-qorti nkonnessjoni mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia

Is-sit elettroniku Talk.MT tella’ artiklu fejn qal li l-avukat David Gatt kitbilhom f’isem il-klijent tagħhom, Anthony Borg li dan Borg mhux veru maħrub. Dan minħabba li dan is-sit tella’ wkoll l-istorja li dan Anthony Borg kien qed jiġi mfittex mill-pulizija.

L-avukat ta’ Borg qal lil Talk.MT, “illi wara verifiki li saru mal-Uffiċċjali prosekuturi li magħhom għandu l-kawżi Borg, kif wkoll illi Borg Toni stess mar l-għassa fejn jiffirma biex jaċċerta illi m’hemmx xejn li hu mfittex, dan l-artikolu huwa għal kollox bla ebda bażi veritiera. B’hekk skont il-Liġi tal-Istampa nitolbok tikkoreġi dan l-iżbal billi tippubblika ‘right of reply’ skont kif hawn miktub.”

Jiġifieri l-ispetturi gibdu meta qalu ċar u tond, li Anthony Borg huwa “wanted”? Jista’ xi ħadd mid-Depot jgħid hekk hux veru li l-uffiċjali prosekuturi ġew ikkuntattjati u hux veru li qalu li dan Anthony Borg ma kienx imfittex? Jekk dan hu minnu, il-pulizija u l-Kummissarju tal-Pulizija jridu jagħtu spjegazzjoni lill-pubbliku.

Nixtieq infakkar li Anthony Borg deher kemm-il darba fil-Mass Meetings tal-Partit Nazzjonalista kemm f’dak ta’ Paola u anki f’dak tal-Imsida u Bernard Grech iħobb jiltaqa’ miegħu. Dan Anthony Borg kien anki ta intervista lil The Times dwar il-ħabs. Dak li jrid jintqal huwa l-avukat David Gatt kien issemma fil-qorti fil-proċeduri tal-pulizija kontra l-aħwa Degiorgio inkonnessjoni mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Kien semmieh Vince Muscat il-Koħħu. Skont il-Koħħu, David Gatt huwa biċċa waħda ma’ Keith Schembri.

Tiftakru kemm il-Blue Heroes għajtu li Adrian Delia huwa parti mill-Labour Party. Ara fuq dawn l-affarijiet, kollha b’ħalqhom magħluq!

Min-naħa tiegħi, kont napprezza li Talk.MT kienu onesti mal-qarrejja u qalu li ġabu l-informazzjoni u l-prova li Anthony Borg kien verament imfittex mill-pulizija mingħad dan is-sit.

https://talk.mt/iwiegeb-l-avukat-ta-anthony-borg/?fbclid=IwAR1BgRBfEVCY-qDqCRjFtkD2BwzK0nV_pgqUCLYo58Q_H24oGpHnYtUyuxY

One comment

Leave a Reply