Ħafna mid-deputati kienu nieqsa l-bieraħ waqt l-intervista ma’ Bernard Grech

Blog post minn osservatur politiku

Kwart biss mid-deputati tal-Grupp Parlamentari attenda għad-djalogu tal-Indipendenza li jsir kull sena. Din hija attivita li dejjem saret fuq il-Fosos, sena wara sena minbarra is-snin tal-Covid. Dan id-djalogu tant hu tradizzjonalment importanti li l-Partit Nazzjonalista dejjem jistieden l-iżjed ġurnalisti ħarxa u kritiċi tal-Kap Nazzjonalista biex quddiem folla kbira juru kemm hu kapaci jfendi fir-ring.

Fil-passat rajna nies bħal Simone Cini, Charlon Gouder, Saviour Balzan u Glenn Bedingfield jieħdu s-sogru u quddiem folla ostili jagħmlu mistoqsijiet iebsa lill-kap Nazzjonalista. Din is-sena l-Partit Nazzjonalista stieden lil Karl Stagno Navarra, imma l-passat tiegħu fi ħdan il-Partit Nazzjonalista jidher li wasslu biex jirrifjuta li jattendi.

Minflok il-Labour bagħtu avukat żgħażugħ u ġurnalist kapaċi li b’elokwenza kbira għamel intervista tajba ħafna lil Bernard Grech. Il-Kap Nazzjonalista wkoll deher preparat u mar tajjeb, kważi daqs kemm kien mar tajjeb Adrian Delia meta kienet Nicole tal-ONE il-mistiedna biex tagħmel il-mistoqsijiet.

Imma l-punt hu ieħor. Ħarsa tbajba lejn il-folla preżenti wriet nuqqas kbir ta’ parteċipazzjoni tal-Grupp Parlamentari. Kienu biss sebgħa d-deputati li attendew din l-attivita’ importanti. Tliet kwarti tal-Grupp ipprefera jmur jagħmel il-house visits, jew mar btala Għawdex jew btala barra minn Malta jew sempliċiment qagħdu d-dar jaqraw is-sondaġġ ta’ Marmara li wera xi tkaxkira oħra hemm lesta għall-Partit Nazzjonalista fl-aħħar tas-sena.

Dawk li ttradew il-fiduċja tal-Kap Adrian Delia u qasmu għan-naħa l-oħra biex isalvaw ġildhom mill-attakki tal-klikka u sħabhom tar-Republika, stħaw imorru jidhru ma’ Bernard Grech f’jum meta survey ieħor ikkonferma li dak li għamlu ma sewa xejn għax il-Partit Nazzjonalista għadu taħt l-ilma.

One thought on “Ħafna mid-deputati kienu nieqsa l-bieraħ waqt l-intervista ma’ Bernard Grech

  1. li ma semmix dan l osservatur politiku hu li benard grech jew qed jghix fuq malta ohra jew qieghed fl ispazju go dinja ghalih bih ma kienx ja li l white paper fuq il kannabis rekrejativa harget f’marzu apparti iz zewg gidbiet hoxnin li qal

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *