Għala Adrian Delia għandu jkun kandidat fuq is-Seba’ Distrett?

Blog post minn osservatur politiku

Dr Adrian Delia kien ukoll imsemmi waqt l-intervista li kellu Bernard Grech mal-ġurnalist tal-ONE fuq il-Fosos. Biex inkun preċiż ma dak li ntqal se nippubblika kelma b’kelma il-mistoqsijiet tal-ġurnalist u r-risposti ta’ Bernard Grech. Il-ġurnalist staqsa hekk:

“Meta tara d-distakk li anke ħareġ fis-survey dalgħodu u tħares lejn wiċċ Adrian Delia, deputat tiegħek u kandidat ukoll, ma tistħix minnu li tkun ħadtlu postu anke wara kampanja ta’ attakki personali li kulħadd jiftakarha?”

Ir-risposta ta’ Bernard Grech kienet din:

“Jien ma kelli ebda attakk personali kontra Adrian Delia, qatt ma kelli u mhux se jkolli. Il-ħidma tiegħi hija ispirata mill-politika, il-ħidma tiegħi hija ispirata mill-ħidma li nista’ nagħmel għall-pajjiżi. Adrian Delia niltaqa’ miegħu, nħares f’għajnejh u flimkien dejjem tkellimna kif se naħdmu aħjar għall-ġid tan-Nazzjonalisti, għall-ġid tal-Laburisti u tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.”

Hawnhekk forsi niġbdu daqsxejn l-attenżjoni li ma hemmx għalfejn ikollok attakki int fuq livell personali, imma Dr Grech qatt ma għamel xejn u ma waqqaf lil ħadd minn ta’ madwaru li jperċu tant affarijiet personali fuq Adrian Delia. U lanqas waqqaf, per eżempju, lil Jason Azzopardi, li tant xerred gideb fuq Adrian Delia, li imbagħad wara li hu sar kap, l-istess Azzopardi kellu jiblagħhom kollha.

U xorta Dr Bernard Grech, li hu konxju li l-ġlieda għal kap ma għamiliex hu imma saret minn ta’ madwaru u minn dawk li fajru ruxmata attakki fuq Adrian Delia, xorta ma ħassx li kellu jiskuża ruħu u jara kif isib kompromess meta qiegħed fuq pultruna kważi misruqa. Ma jħossx li postu huma msejjes fuq il-gideb li qalu dawk li kienu qed jaħdmu miegħu fil-kampanja elettorali għal kap tiegħu?

Il-ġurnallist kompla jistaqsi

“Għaliex Jason Azzopardi, li qiegħed hawnhekk il-lejla, ħabbar l-għażla tat-tieni distrett li se jkun qed jikkontesta, saħansitra qabel ġie konfermat mill-esekuttiv u sa issa Adrian Delia għadu ma ġiex ikkonfermat fuq distrett ieħor. Dan sinjal ta’ djufija tiegħek?”

Dr Grech wieħeb b’dan il-mod.

Lanqas xejn. Adrian Delia bla dubju jiena nixtiequ li joħroġ fuq distrett partikulari. Jienu u hu nitkellmu u hu jixtieq illi joħroġ fuq distrett differenti. Imma jiena dejjem nemmen l-aħjar għall-partit allura aħna ilkoll nagħmlu dak li huwa l-aħjar għall-partit. Kien għalhekk għalfejn jiena ddeċidejt illi noħroġ, per eżempju, fuq il-ħames distrett, konxju li m’ihiex fortizza Nazzjonalista u konxju wkoll li m’hemmx ħafna u ħafna mijiet ta’ Nazzjonalisti jew eluf ta’ Nazzjonalisti bħal ma hemm f’distretti oħrajn, bħal l-għaxar distrett jew id-disgħa distrett. Imma kollha ilkoll nagħmlu mhux x’inhu l-aħjar għalina imma x’inhu l-aħjar għall-partit fiċ-ċirkustanzi biex ikun jista’ jkollu l-aħjar riżultat fl-elezzjoni li ġejja.

Dr Grech konxju li jekk Adrian Delia joħroġ fuq wieħed mill-erba’ distretti tas-South ikun qed jiġġieled għall-voti ma deputati li tant għinuh tul il-tliet snin li għamel kap. Allura l-partit ma jkun akkwista xejn għax il-voti nazzjonalisti xorta se joħduhom il-kandidati stabbiliti li jkun hemm fuq xi distrett minnhom. Imma is-7 distrett huwa storja oħra għaliex hemmhekk ma hemm ebda deputat stabbilit li se jikkontesta allura hemm vojt kbir. Mela jekk Adrian Delia joħroġ fuq is-7 distrett ma jkun qed jiġġieled ma ebda deputat stabbilit imma jkun qed joffri ismu u jikkompeti ma’ kandidati oħra, ħafna minnhom ġodda bħalu.

Imma l-isbaħ waħda hija li jaħasra Dr Grech se jkollu joħroġ fuq il-ħames distrett u ma hemmx ħafna voti Nazzjonalisti hemmhekk. Veru li hu l-kap issa, imma dan kien iddeċieda fuq liema distretti se joħroġ meta kien għadu kif ikkonferma lil Dr Delia li se jkun kandidat u hemmhekk ġew deċiżi mill-ewwel iż-żewġ distretti li se joħroġ fuqhom. Fuq kollox, għaliex Bernard Grech ma ħariġtx fuq ir-raba’ distrett li fih hemm Raħal Ġdid, il-post fejn twieled Bernard Grech? Veru li ma ħariġtx fuq dan id-distrett biex ma jagħmilx ħsara lil Jason Azzopardi?

Hu ċar li Dr Grech ma jridx li Delia joħroġ fuq is-7 distrett għax ma jridx jissogra jew qed jibża’ li jġib aktar voti minnu fuq id-tieni għażla ta’ distretti. Jekk dan joħroġ li hu minnu, veru l-partit ikun waqa’ f’abbissi irreparabbli. Fuq kollox, il-PN ikun qed jissogra li minflok jikkonsolida fuq dan id-distrett aktar jiddgħajjef.

Il-ġurnalist kompla jagħfas lil Dr Grech u staqsa

Allura tgħidilna fuq liema distrett se jkun qed jikkontesta Dr Adrian Delia?

Dr Grech irrisponda hekk:

Bla dubju la jkun hemm il-ftehim, la jkun hemm ukoll qbil, la jkun qiegħed ukoll anke jingħata l-informazzjoni Adrian Delia, nkun nista’ nħabbar ukoll fuq liema distrett se jkun qiegħed joħroġ.”

L-aħħar mistoqsija fuq dan is-suġġett kienet din

Jiġifieri għad ma hemmx qbil fuq liema distrett se joħroġ, biex tikkonfermah dan?”

U Dr Grech irrisponda hekk “Għadni miniex kuntent le.

Leave a Reply