Niżvela l-famuż siġġu tal-kastig li hemm fil-ħabs u l-gideb dwaru

Qed inġib ir-ritratt ta’ dak li jissejjaħ restraint chair – jew is-siġġu li hemm fil-ħabs ta’ Kordin biex fuqu tiġi marbuta persuna li jkollha problemi li tagħmel ħsara lilha nnifisha. L-użu ta’ dan is-siġġu huwa primarjament biex persuna vjolenti, tkun tista’ tiġi mrażżna billi tkun marbuta miegħu. B’hekk ma tagħmilx ħsara lilha nnifisha u wisq inqas lill-oħrajn. Dan it-tip ta’ siġġu jinsab f’kull faċilita’ korrettiva.

Il-Malta Today kienet tellgħet artiklu miktub minn Matthew Agius dwar priġunier li qed iservi għomru fil-ħabs, Brian Vella, fejn dan allega l-preżenza u l-użu ta’ dan is-siġġu li sejjaħlu s-siġġu tat-tortura. F’dan l-artiklu, intqal li “the fact that it remained secret shows that it was most probably something illicit and illegal“.

https://www.maltatoday.com.mt/news/court_and_police/109303/double_murderer_claims_he_has_witnesses_to_campaign_of_terror_underway_in_prison?fbclid=IwAR3KY4x637euW30jOWmCYVVxb4GfPsQzJ75sX8fB4PugsHWZv9mzkcf7aVU

Dawn l-akkużi u din it-teorema ta’ Vella kienu ġew miċħuda mill-qorti.

Qed inġib ir-regolamenti jew aħjar il-liġi li tirregola lill-ħabs (subsidiary legislation 260:03) fejn fiha jiġi ttrattat il-preżenza u l-użu ta’ dan il-famuż siġġu:

Mela l-preżenza ta’ dan is-siġġu fil-ħabs mhux biss hija permessa, imma tmur anki għal qabel din l-amministrazzjoni għaliex l-użu tiegħu hu rregolat mir-regolamenti tal-istess ħabs. Dan is-siġġu fil-ħabs ilu hemm.

Mal-Malta Today kienet anki ngħaqdet il-media tal-isqfijiet Maltin u sejħet dan is-siġġu bħala s-siġġu tal-kastig. Saħansitra qalet li qed tippubblika ritratt edittjat tiegħu.

Dan hu r-ritratt tas-siġġu edittjat li l-media tal-isqfijiet ippubblikat. Kull ma kien jonqosha issejjaħlu s-siġġu tat-tortura. Fil-verita’ dan mhux ir-ritratt tas-siġġu li hemm preżentament fl-ħabs. Is-siġġu preżenti mhux goff u robust bħal ta’ dan ir-ritratt. Dan jikkonferma dak li qed ngħid li dan is-siġġu ilu jeżisti għaliex żgur li ma edittjawx ir-ritratt ta’ dak preżenti imma ta’ xi ieħor, jekk verament għamlu hekk u dak li edittjaw seta’ kien is-siġġu li kien hemm qabel.

Fuq kollox, dan is-sit jista’ anki jiżvela li mhux vera kif kien ġie rrappurtat fil-Malta Today, li priġunier partikulari kien ġie marbut ma’ dan is-siġġu. Dan is-sit hu nfurmat li wara li ħarġet din l-istorja, dan il-priġunier ċempel lil ġurnalista li kien kiteb dan l-artiklu u din it-telefonata kienet waħda ikkulurita ħafna. Tant kemm kienet ikkulurita’ li missier dan il-ġurnalista spiċċa jwassal it-tħassib tiegħu lil Ministru tal-Intern, Byron Camilleri.

Il-verita’ li trid tingħad u fuq din kellha l-oppożizzjoni titkellem b’saħħa, li meta bdew dawn l-attakki fuq il-ħabs, l-amministrazzjoni tal-ħabs tħalliet waħidha. Kulħadd tħalla waħdu u l-ministeru tal-intern baqa’ b’ħalqu magħluq! 

Infakkar li min jaf l-istorja tal-ħabs, hemmhekk kien il-post tal-kastigi. Fit-tmenijiet il-pulizija Nazzjonalisti kienu jispiċċaw jaħdmu l-ħabs bħala kastig. Illum hemmhekk hemm jaħdmu kemm Laburisti u anki Nazzjonalisti.

Minflok il-Partit Nazzjonalista ħareġ jiddefendi lil dawn il-ħaddiema minn dawn l-attakki orkestrati, qagħad b’ħalqu magħluq jekk mhux ukoll ingħaqad mal-media f’dawn l-attakki fuq l-istess ħaddiema tal-ħabs.

Hawn taħt qed inġib ir-ritratt ta’ dak li ġie deskritt bħala is-siġġu tat-tortura jew tal-kastigi li hemm fil-ħabs ta’ Kordin.

Dan qed nagħmlu għax nemmen li hemm kampanja ta’ misinformazzjoni fil-media dwar il-ħabs li bdiet wara li nqatgħet id-droga minn dan l-istess ħabs. Issa jekk is-soċjeta’ tixtieq tkun kontra dan it-tip ta’ siġġu fil-ħabs, jien ma għandix oġġezzjoni. Dak li jrid isir hu li jinbiddlu r-regolamenti tal-istess ħabs.

One comment

  1. Dawn tal PN minghalijhom li se jimpressjonaw is siggu huwa komdu izjed min tieghi u is succes li ghandu dan id Direttur hadd ma kien kapacci jaghmlu.

Leave a Reply