Jekk illum trid li tingħata l-liberta proviżorja ibda mur il-meetings ta’ Bernard Grech jew agħti intervista lil The Times kontra l-ħabs!

Mela l-pulizija u l-avukat ġenerali għamlu storbju sħiħ biex il-qorti ma tagħtix il-bail lil Yorgen Fenech minħabba l-biża li jista’ jaħrab.

Issa ser nibda nikkonkludi li jekk trid il-bail, l-aħjar tibda tmur il-meetings tal-Partit Nazzjonalista, jew tagħti intervisti lil The Times kontra l-kondizzjonijiet ħżiena li hemm fil-ħabs. Imbagħad il-bail tieħdu żgur mill-qrati tagħna.

Hawn qed inġib avviż li għamlu l-pulizija biex il-pubbliku jagħtuhom informazzjoni fuq ċertu Anthony Borg. Dan hu l-avviż li għamlet il-pulizija l-bieraħ, 18 ta’ Settembru 2021.

Dak li nista’ ngħid hu li dan Anthony Borg ikun fil-meetings ta’ Bernard Grech. Ma nistax nifhem kif il-pulizija ma tistax issibu!

Fuq kollox, Anthony Borg kien ġie intervistat minn The Times dwar il-ħabs fejn The Times iddeskrivu bħala “ex-inmate”.

Jien nemmen li priġunier għandu jirriabilita’ ruħu. Biss qed inġib din l-istorja biss biex nuri x’akkaniment hemm kontra Yorgen Fenech. Nifhem li Anthony Borg ma għandux l-istess akkużi bħal ma għandu Yorgen Fenech, biss hawn qed nitkellem fuq il-punt li persuna ma tingħatax bail minħabba li biża’ li tisparixxi.

Jiddispjaċini ngħid li l-Partit Nazzjonalista daħal f’dan l-akkaniment kontra l-ħabs u kontra Yorgen Fenech għal xejn u ma ggwadanja minnu xejn politikament.

Minflok ħalla l-proċess ġuridiku jieħu t-triq tiegħu, il-Partit Nazzjonalista spiċċa assoċjat ma’ Repubblika u sħabhom f’din l-istorja biex inħolqu inġustizzji kbar għaliex l-uniċi persuni li ilhom arrestati fil-ħabs huma dawk biss marbuta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Imbagħad persuni oħrajn li huma akkużati fuq qtil – inkluż dawk ta’ femminiċidju – jinsabu barra bil-liberta’ proviżorja!

2 comments

  1. Qabel ma tharbex u tigdeb fuq in nies, huma min huma, ivverifika sew u ghamel IL homework tieghek tajjeb Simon Mercieca.

Leave a Reply