Kim Borg kienet qed taġixxi b’mod normali lejlet li ppruvat ittemm ħajjitha fil-ħabs u saħansitra ċemplet l-ommha

Bħalissa l-aħbarijiet huma dwar Kim Borg, minħabba li żewġ gwardjani ser ikunu mixlija li b’mod involontarju kkawżaw is-suwiċidju tagħha. Bil-kelma involontarju wieħed jifhem li dawn ma għamlux xogħolhom sew, u minħabba n-negliġenza tagħhom wassal biex din għamlet suwicidju. Dan il-każ qed jintuża biex ikun attakkat id-direttur tal-ħabs, Alex Dalli.

Il-każ ta’ Kim Borg kompla kkomplika ruħu minħabba li missier Kim Borg ta’ intervista fejn qal li bintu ġiet abbużata fil-ħabs. Skont missierha, l-abbuż kien wieħed ta’ maltrattament.

Biss nixtieq nistaqsi jekk hux veru li meta Kim Borg ddaħħlet fil-ħabs, din kellha tgengil fuq wiċċha? U jekk hux veru li kemm damet il-ħabs dan it-tbengil marrilha?

Hux veru wkoll li kemm kienet ilha il-ħabs kienet tipparteċipa b’mod normali fil-ħajja tal-ħabs tant li kienet anki tieħu sehem fl-isports fosthom il-volleyball li tant kienet tħobb? U veru li lejlet li mietet kienet qed tilghab il-volleyball ma’ sħabha fil-ħabs? U fuq kollox hux veru li l-aħħar telefonata li kellha kienet ma’ ommha u din it-telefonata kienet normali u ma kien hemm l-ebda indikazzjoni ta’ abbuż jew maltratta lejn il-priġuniera?

Dak li nista’ nżid li fl-inkjesta ġew depożitati ritratti meħuda fil-ħabs lejliet li Kim Borg ppruvat ittemm ħajjitha u fihom jidher ċar li kienet qed iġġib ruħha b’mod normali tilgħab ma’ sħabha. Fuq kollox, anki l-aħħar telefonata tagħha lill-ommha ma turi l-ebda eliment ta’ suwiċidju jew xi maltrattament. Din it-telefonata saret bl-Ingliż u damet madwar 8 minuti u lil ommha kellmitha fuq mediċina li kienet qed tieħu, dwar il-fatt li tilgħab il-volleyball u tmur il-gym u li setgħet tmur tieħu shower bla problemi.

Fuq kollox, jista’ jkun ikkonfermat li din il-mara kienet qed tagħmel l-korsijiet biex tirreabilita’ ruħha u kienet sejra tajjeb? Veru lill-ommha qaltilha li hija għarfet (il-verb użat minn Kim Borg kien “to admit”) li għandha problema u dan wassal biex kellha titjib fil-ħajja tagħha? Fuq kollox, lill-ommha qaltilha li l-għada kienet ser iċċemplilha. Infakkar li din id-diskursata saret lejlet li seħħ l-attentat ta’ suwiċidju.

Infakkar li dawn iż-żewġ gwardjani ser jitressqu l-qorti wara l-inkjesta li għamlet il-Maġistrata Donatella Frendo Dimech minħabba dan il-każ.

Huma ser ikunu qed jidhru quddiem il-Maġistrata Caroline Farrugia Frendo.

One thought on “Kim Borg kienet qed taġixxi b’mod normali lejlet li ppruvat ittemm ħajjitha fil-ħabs u saħansitra ċemplet l-ommha

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *