Kif il-Partit Nazzjonalista jista’ jerġa’ jieħu l-fiduċja tan-nies?

Blog post minn osservatur politiku

Il-Partit Nazzjonalista qed jitlob biex Malta u Għawdex kollha jingħaqdu miegħu biex ikun il-bidla. Biss qed jagħmel din it-talba mingħajr ma jirrifletti fuq il-fatt li dan huwa partit li mill-2013 ‘l hawn għadu ma avanza xejn. Ma nbidel xejn. Allura fuq liema kriterju jrid li l-Maltin u l-Għawdxin jingħaqdu miegħu biex ikun parti mill-bidla?

Jekk inħarsu lejn l-iżvantaġġ bħala partit insibu li qiegħed minn taħt b’xi 35,000 u jekk nieħdu konsiderazzjoni ta’ kemm il-kap tiegħu qiegħed minn taħt, insibu mal-100,000. Meta tgħati każ ta’ dawn in-numri, l-Partit Nazzjonalista ma jibqagħlux għażla ħlief li jipprova jattira numru ta’ nies. Dan ma rnexxielux jagħmlu f’dawn l-aħħar snin u allavolja kellu tliet kapijiet, tnejn ħallewhom jaħdmu u ieħor le, imma xorta ħadd minnhom ma rnexxielu jiġbor aktar votanti warajh, għallinqas kif qed jindikaw is-surveys.

X’jista’ jagħmel internament il-Partit Nazzjonalista biex forsi jibda jressaq nies lejn il-partit, biex forsi jibda jirkupra? Naħseb li tassew wasal iż-żmien li jibda jirrifletti bis-serjeta’ biex ikeċċi lil min resqu f’xifer tal-irdum. Fuq livell politiku, jista’ jitkellem dwar il-bżonn li jrid jitnaddaf minn dawk in-nies li kissru l-integrita’ ta’ dan il-partit. Jeħles minn nies li għandhom ossessjoni li jibqgħu mwaħħlin mas-siġġu tal-parlament, jiġri x’jiġri, allavolja jafu li huma dawn l-istess nies li minħabba fihom tbiegħdu ħafna nies mill-Partit Nazzjonalista. Biss dan ma jistax jagħmlu l-partit, imma jrid jagħmlu l-elettorat.

L-għajta għall-bidla hija għajta ta’ xi ħadd li għandu bżonn immedjat tal-għajnuna minħabba ftit nies li ħatfu kollox f’idejhom. Jekk il-Partit Nazzjonalista jrid ifiq u jirkupra jkun jista’ jerġa’ jibni l-fama ta’ Oppożizzjoni soda li tista’ tippreżenta ruħha quddiem l-elettorat biex takkwista l-fiduċja tagħhom. Biss dan iseħħ huwa importanti ħafna li l-partit jibda messaġġ ta’ integrita’, li hu nadif u li jista’ jkun fdat.

Imbagħad irid jirkeb fuq l-iżballji li qed jagħmel l-gvern ta’ Robert Abela. Meta jaqbad din it-triq, l-elettorat stess jibda jarah bħala gvern alternattiv u l-elettorat stess joħroġ l-id tal-fiduċja u jkun lest biex jibda jafdah bit-tmexxija tal-pajjiż.

3 thoughts on “Kif il-Partit Nazzjonalista jista’ jerġa’ jieħu l-fiduċja tan-nies?

  1. Kif jista jigbed aktar nies lejh meta lil dawn jghidilhom li huma jaghmlu parti min partit tal kriminali, Nazisti u ma nafx x’aggettivi uzaw. Ma jafux li biex jirbah irried nies miz zewg nahat.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *