It-tweġiba tiegħi lil Rafel Sammut
Rafel Sammut staqsieni x’interess għandi li naqbeż għad-direttur tal-ħabs. It-tweġiba tiegħi hija li xejn. Meta ma qbiltx mad-deċiżjonijiet tad-Direttur tal-ħabs ma ddejjaqtx nikteb fuq Facebook u fuq dan is-sit u dan jista’ jfittxhom jekk irid.
Issa jekk hemm “bullying” fil-ħabs, iġib il-provi. Il-provi ma jfissirx li xi ħadd jgħid xi ħaġa fuq il-ħabs u dan isir fatt.
Biss ma nistax nifhem x’ried jgħid li jwarrbuni sħabi. Sħabi huma n-nies li jaqraw il-blogs tiegħi. Jien qatt ma ħadt xejn mingħand ħadd. Ibqa’ żgur li dawk li xebgħu jerdgħu taħt Joseph Muscat, għad tarahom jibqgħu jimxu taħt gvern Nazzjonalista meta jieħu l-poter. Ara jien ma għandi aspirazzjonijiet għalxejn. Ma għandi ftehim ma’ ħadd. Għalhekk nikteb kif nikteb.
Dak li jinteressani hu li nikteb is-sewwa b’mod oġġettiv. Nispera li weġibtek.

Jidespjacini ghal Rafel ghax ma semmiex il vitmi u meta jisma mil gideb minajr provi ta hadiehor mhux kredibli issa jekk inhu favur id droga fil habs hekk mod iehor ghax il probalita li memx l-ebda htija fuq il Gwardjani.