Il-kuġin tal-mejta Kim Borg jikteb kumment fejn jgħid li d-direttur tal-ħabs jistħoqqlu li jmut: sar rapport l-għassa

Wara li l-kuġin ta’ Kim Borg, Steve Borg Nicolas tella’ kumment fuq Facebook, fejn qal li d-Direttur tal-Ħabs jistħoqqlu jmut, dan is-sit jinsab infurmat li sar rapport l-għassa ta’ Raħal Ġdid dwar dan il-kumment li qed jitqies bħala kumment ta’ theddid lejn l-istess Direttur tal-Ħabs. Ma’ din l-akkuża ġiet miżjuda l-akkuża li uża kliem ta’ mibgħeda (hate speech) u wżu ħażin tal-kompjuter. Qed inġib il-kumment li fuqu sar dan ir-rapport ġewwa l-għassa ta’ Raħal Ġdid.

One comment

Leave a Reply