Għaliex The Times ma ħaditx l-opinjoni tat-tabib tal-ħabs biex ikollha l-verżjoni kollha ta’ x’seta’ ġara fil-ħabs?

Il-bieraħ ippubblikajt artiklu dwar Kim Borg u x’għamlet lejlet li hija ppruvat tikkommetti suwiċidju u x’qalet lill-ommha, inkluż li kienet ser terġa ċċemplilha. Żammejt mal-fatti li jistgħu jkunu ppruvati. Jien kull ma rrid hu li toħroġ il-verita’ u mhux dan il-każ pjetuż jiġi wżat għall-skopijiet oħra. Bħal ma kulħadd jaf, il-ħabsijiet mad-dinja kollha jirrekordjaw it-telefonati li l-priġunieri jagħmlu u b’hekk jekk din it-telefonata li qed nitkellem dwarha saritx jew le tista’ tkun ivverfikata. Kulħadd jaf li meta persuna tiġi arrestata jew tiddaħħal il-ħabs, jittieħed ir-ritratt tagħha. B’hekk jekk din il-persuna kienetx iddaħħlet bit-tbenġil fuq wiċċha jew le, jista’ wkoll ikun ivverifikat.

Biss kien hemm xi qarrejja li staqsew għaliex jien ma tkellimtx fuq l-akkuża li saret minn missier it-tfajla jiġifieri li hija ġiet ikkastigata għax damet 2 minuti aktar fix-shower. Il-kumment kien kif ġej:

Persuna oħra semmiet li ġiet imġegħla taħsel l-art u spiċċa jaħseb li issa qed nitħallas wkoll biex nikteb dawn l-artikli.

Nixtieq nistaqsi lil dawn li qed jagħmluli dawn l-akkużi jekk ivverifikawx il-fatti tagħhom. Dawn il-qarrejja qed jassumu li veru li din it-tfajla ġiet ikkastigata talli damet żewġ minuti aktar fix-shower jew ġiet imġegħla taħsel l-art mill-ġdid bħala kastig. Biss, staqsew jekk dan li qed jingħad hux minnu jew le?

Huwa veru li Kim Borg kienet qed titħalla tmur tieħu shower bla problemi ta’ xejn? Huwa veru li dwar dan kellmet lill-ommha fl-aħħar telefonata li kellha magħha? Dak li jiġri huwa li l-gwardjani, kif inhu xogħlhom, jgħoddu lill-priġunieri li jmorru jieħdu shower. Veru li Kim Borg tkellmet ma’ ommha dwar dan il-fatt ukoll?

Fuq kollox, jekk kif intqal li hija damet fil-bathroom tinħasel, minn dak ir-rappurtat jidher li tħassbu u staqsew dwarha. Jekk ġara hekk, dan hu sinjal li kienu qed jieħdu ħsiebha għax ċerti drabi, l-affarijiet projbiti hemm ġew jibdew! Imma, għal darba oħra, Ċikku il-poplu ma jifhimx kif taħdem id-droga fil-ħabs.

Issa jekk xi ħadd ta bis-sieq il-barmil tal-ilma li kienet qed tnaddaf il-kamra bih ħażin għamel u jien mhux qiegħed hawn biex niddefendih. Biss allegazzjonijiet ma jistgħux isiru fl-ajru.

Biss hemm dettall ieħor li wieħed irid jitkellem dwaru u dan hu mportanti ħafna. Dan id-dettall joħroġ mill-istorja li ġabet The Times. F’din l-istorja, il-ġurnalista Matthew Xuereb kiteb dak li qallu missier din it-tfajla, jiġifieri missier Kim qal lil dan il-ġurnalista li wieħed mit-tobba tal-ħabs qallu u hawn ser nikkwota “his daughter had made four previous suicide attempts”.

Sa hawn il-ġurnalista ma għamel xejn ħażin. Qed jagħmel xogħlu. Biss dan il-ġurnalista vverifika jew għall-inqas ħa l-opinjoni ta’ dan it-tabib ħalli jara jekk hux veru li hu qal lill-missier Kim dak il-kliem? B’hekk, dan il-ġurnalista seta’ jkollu stampa oħra ta’ dak li qed jingħad u wieħed ikun jista’ jiġġudika aħjar x’ikun intqal. Imbagħad wieħed ikun jista’ jagħmel il-konklużjonijiet tiegħu.

Il-ġurnaliżmu huwa importanti ħafna. Imma huwa wkoll importanti li min jikteb l-artikli jieħu l-opinjoni ta’ kulħadd u mhux biss idoqq qanpiena waħda.  

One comment

Leave a Reply