Għada survey ieħor ħażin għall-Partit Nazzjonalista

Għada ħiereġ survey ieħor u dan is-survey ikompli jikkomplimenta dak li ġa ħareġ f’surveys oħra. Id-differenza bejn il-partiti hija ta’ ‘l fuq minn 43 elf vot favur il-Partit Laburista. Id-differenza bejn il-mexxejja hija ta’ ‘l fuq minn 59 elf vot.

Jekk dan hu minnu, dan jikkonferma li bħala partit, il-Partit Nazzjonalista ma mexiex ‘il quddiem, biss il-popolarita’ ta’ Robert Abela bħala Prim Ministru tidher li naqqset mis-saħħa tagħha u dan jispjega għala din id-differenza bejn iż-żewġ mexxejja naqqset favur Bernard Grech. F’surveys oħrajn, id-differenza bejn il-mexxejja kienet ikbar.

Dak li jista’ jingħad li Robert Abela mhux b’saħħtu aktar mill-Partit Laburista nnifsu. Biss il-Laburisti mhux lesti jaqilbu l-vot tagħhom favur il-Partit Nazzjonalista anki jekk qed juri li huma mhux għal kollox sodisfatti bit-tmexxija ta’ Robert Abela. B’hekk dak li hu l-aktar importanti, id-differenza bejn il-partiti tidher li ma nbiddlitx.

One comment

Leave a Reply