L-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija jaqbżu għal Jason Azzopardi

Kif kont ħabbart f’dan is-sit, l-imħallef Giovanni Griscti għamel rapport lill-pulizija kontra Jason Azzopardi fuq post li hu għamel dwar l-istess imħallef, dan minħabba li ħafna snin ilu, dan l-imħallef kien xtara dgħajsa mingħand il-familja Fenech. Dan il-post, Jason Azzopardi kitbu waqt li l-imħallef Griscti kien qed jiddelibera jekk jagħtix il-liberta’ proviżorja jew le lil Yorgen Fenech.

Illum qrajna fil-Malta Today, li l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali qalu li ma hemmx bażi fuq xix il-pulizija tipproċedi minħabba li skont l-istess Avukat Ġenerali ma hemmx bażi ta’ att kriminali. Verament affarijiet ma jitmewwmnux kif jaħdem dan l-uffiċju tal-avukat ġenerali.

Nixtieq infakkar li meta jien ktibt artiklu fuq d-deputat żavukat ġenerali, Philip Galea Farrugia, li kien veriter, dan l-istess deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia kien qal lill-Maġistrata Rachel Montebello li qed iħossu itterrorizzat minni. U kien anki kkwota l-liġi li skont hu jiena kont qed nikser u talab il-protezzjoni tal-qorti. Verament li dan l-uffiċju juża u jinterpreta l-liġi kif jaqbillu. Darba, Philip Galea Farrugia ħa għalih għax għidtlu li hu ħabib intimu ta’ Jason Azzopardi. Kien kiteb kumment fuq Facebook u għajjarni li jien arċi giddieb u Joe Ellis biex ta s-support tiegħu lil Galea Farrugia.

Illum ħareġ ċar li l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali huma biċċa waħda u jaqbżu għal Jason Azzopardi. Il-ministri risponsabbli minn dawn iż-żewġ dikasteri b’ħalqhom magħluq.

Ara meta kien hemm il-każ tal-allegat tixħim ta’ ġurnalisti, mingħajr l-anqas ma kien hemm rapport, il-kummissarju tal-pulizja pproċeda. Hemmhekk, il-persuni allegatament involuti huwa n-neputi ta’ Guido Demarco u t-tifel ta’ ex-segretarju parlamentari Laburista. Ara meta imħallef għamel rapport kriminali kontra Jason Azzopardi, u naħseb li dan l-imħallef jaf x’inhu jagħmel, kemm qabżu għal Jason Azzopardi l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali!

Imbagħad l-uffiċju tal-Avukat Ġenerali jrid jikkonvinċina li ma kienx hemm tbabis fl-għażla tal-imħallfa Edwina Grima u li ma kienx hemm akkaniment kontra ż-żewġ avukati ta’ Yorgen Fenech, biex jinnutralizzaw u jintimidaw l-avukati tiegħu. Il-proċess kontra Yorgen Fenech hu maħmuġ mill-bidu sal-aħħar.

Infakkar li f‘dan il-każ, Jason Azzopardi ma hux biss politiku imma avukat u b’hekk, kieku kellu riservi kontra mħallef seta’ jagħmilha fil-proċess ġuridiku u talbu jirrukuża ruħu waqt dan il-proċess u mhux imur fuq Facebook u jagħmel il-kumment li għamel kontra dan l-imħallef.

Ara f’dan il-każ kontra Jason Azzopardi, l-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali ma ħalliex lill-qorti tiddeċidi, imma ddeċida l-istess uffiċju li ma hemmx reat. Normalment, f’każijiet bħal dawn, l-avukat ġenerali jiktbu fil-file ‘let’s the court decide!”. Din id-darba ma għamlux hekk. Min jaf għalfejn?

One thought on “L-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju tal-Pulizija jaqbżu għal Jason Azzopardi

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *