Għal Jason Azzopardi, il-Liverpool jiġi qabel in-Nazzjonalisti ta’ Raħal Ġdid
Il-bieraħ tellajt post fejn staqsejt għala Jason azzopardi ma kienx Raħal Ġdid għal meeting li organizza Bernard Grech f’din il-lokalita’ nhar it-Tlieta li għadda. Kien hemm min ra dan il-post tiegħi bħala wieħed personali wisq.
Min-naħa tiegħu, Jason Azzopardi stess qal li hu qiegħed barra. Anzi qal li mar barra biex jara l-Liverpool u saħansitra tefa’ wkoll ritratt tal-biljett tal-ground bħala xiehda ta’ dak li kien qed jgħid.
Nixtieq hawn infakkar lil Jason Azzopardi li meta jien kont tellajtlu biljett tal-vakanza li kien għamel fuq cruiseliner lussuż, hu kien mar jirrappurtani mad-Data Commissioner u talbu biex jittieħdu passi kontra tiegħi. Ara hemmhekk ma kienx hemm problema ta’ liberta’ ta’ espressjoni! Ara hemmhekk ma ddejjaqx juża l-liġi biex mingħalih jgħalaqli ħalqi!

Biss din l-istqarrija ta’ Jason Azzopardi li jinsab imsiefer biex jara lil Liverpool twassal għall-aktar mistoqsijiet.
L-ewwel. Jason Azzopardi qal fil-qorti li ma għandux flus biex iħallas il-manteniment tal-eks-mara tiegħu. L-imħallef Antonio Vella emmnu. Biss flus biex imur jara l-Liverpool għandu – sakemm ma sabx xi benefattur li ħallaslu dan il-vjaġġ.
It-tieni. Dan kien jgħid li għalih Raħal Ġdid jiġi l-ewwel u qabel kollox. Biss jidher li l-Liverpool jiġu qabel Raħal Ġdid.
It-tielet. Jason Azzopardi kien wieħed minn dawk li skandalizza ruħu li deputata Laburista marret titbaħrad fuq gżira fil-Greċja. Biss huwa jista’ jmur jitbaħrad ġewwa l-ground tal-futbol.
Imbagħad ngħidu li s-soċjeta’ tagħna mhix maskilista. U kif! Hija soċjeta’ ipokrita’.
Fuq kollox, il-messaġġ li bagħat Jason Azzopardi huwa wieħed ċar: li jara lil Liverpool jilgħabu huwa aktar importanti milli jisma’ dak li għandu xi jgħid Bernard Grech ġewwa raħal twelidu!
Issa morru ivvutawlu ta cwiec.
Come on Reds.