Jason Azzopardi ma jattendix attivita’ tal-Partit Nazzjonalista f’Raħal Ġdid

Il-bieraħ, Bernard Grech kellu attivita’ politika f’Raħal Ġdid. Fiha qal li huma minn din il-lokalita’, fejn għamel il-preċett u anki l-griżma. Biss dak li l-aktar li laqgħatni f’din l-attivita’ tal-bieraħ li ma stajtx nara lil Jason Azzopardi fost is-semmiegħa.

Infakkar li Jason Azzopardi huwa kandidat fuq r-Raba’ Distrett u jħobb jiftaħar li hu minn Raħal Ġdid. Nixtieq nistaqsi jekk kienx preżenti jew le. Jien ma stajtx narah. Forsi lili qabżitli xi ħaġa.

Nirrepeti. Ma nafx jekk rajtx sew imma ma stajt narah imkien. Normalment jekk ikun xi ħaġa f’Raħal Ġdid jara li jkun preżenti akkost ta’ kollox, anki jekk hemm bżonn li ma jsifirx.

Leave a Reply