It-“two weights and two measures” ta’ Peter Omtzigt

Advertisements

Peter Omtzigt reġa’ qiegħed fl-aħbarijiet din id-darba peress li qed naqraw fil-media li jixtieq jagħmel grilling ta’ Rosianne Cutajar.

Peter Omtzigt irid jagħmel dan il-grilling minħabba diskors li kienet għamlet Rosianne Cutajar fil-Parlament Ewropew. Forsi hawn ser ninstema li qed niddefendi lil Rosianne Cutajar. Biss dan mhux l-iskop ta’ dan l-artiklu. L-iskop huwa li jingħaddu l-fatti kollha.

Hu fatt magħruf li dawn it-tip ta’ diskorsi jsiru minn esperti tal-gvern li jgħinu lid-deputati biex jagħmluhom. Mela meta deputat jew deputata jkun qed jagħmel dan it-tip ta’ diskors ikun hemm il-gvern warajh. Verament, meta sar dan id-diskors, il-Prim Ministru kien Joseph Muscat. Biss il-gvern baqa’ l-istess. Dak Laburista. Dan li qed jiġri jirrifletti ikrah fuq dan il-gvern għaliex deputata minn tiegħu qed titħalla waħidha wara li kull ma għamlet – wieħed jaqbel jew ma jaqbilx mad-diskors tagħha – kienet li titkellem f’isem il-gvern tal-ġurnata. Fi kliem ieħor tkellmet u ddefendiet l-aġenda tal-istess gvern.

X’ifisser dan kollu? Dan ifisser li l-gvern tal-ġurnata mhux qed jieħu responsabilita’ ta’ għemilu u jħalli deputata waħidha!

Biss hemm aktar wara din l-istorja. Niftakar tajjeb id-diskussjonijiet interessanti li kien ikolli ma’ Godfrey Grima. Grima kien kritiku ħafna ta’ Peter Omtzigt u kellu raġun. Wara l-ħsieb tiegħu, Peter Omtzigt ma għandu l-ebda interess biex issir xi ġustizzja ma’ Daphne Caruana Galizia. Hemm biss aġenda, biex ikun attakkat pajjiżna. Il-mistoqsija tiġi waħidha. Fl-interess ta’ min?

Għaliex Godfrey Grima kien jaħseb hekk? Ir-raġuni prinċipali hija li ġurnalisti ma nqatlux biss f’Malta. F’pajjiżu stess, inqatel ġurnalista. Biss Omtzigt hawn ġab ruħu differenti. Waqt li Omtzigt talab biex issir inkjesta pubblika minħabba l-qtil ta’ Daphne, l-istess ħaġa ma talabx li ssir kontra pajjiżu meta nqatel ġurnalista! Dan hu każ ċar ta’ two weights and two measures! Fejnha l-etika’ ġurnalistika f’dan kollu?