Where your opinion counts

“Canvasser” ta’ David Thake jieħu post Martin Sapiano fuq Net FM

Kulħadd jaf li Martin Sapiano kien wieħed mill-aqwa anchors li kellu r-radio tal-Partit Nazzjonalista u wieħed mill-aktar persuni popolari fil-qasam tax-xandir f’Malta, fil-qasam mużikali. Il-programmi tiegħu huma segwiti ħafna minħabba s-sens ta’ umorizmu – light humour – li għandu.

Fil-weekend ħarġet l-iskeda l-ġdida tal-programmi tar-radio ta’ Net FM u Martin Sapiano ma hux parti minn din l-iskeda. Minflok Martin Sapiano, ser ikun hemm George Galea li kulħadd jaf li hu l-canvasser number one ta’ David Thake. Ma tridx tkun mort l-univerista’ biex tinduna x’ġara u għala Martin Sapiano nqala’ biex daħal minfloku George Galea.

Fil-kurituri tad-Dar Ċentrali qed jingħad ċar u tond li kien hemm ordni minn fuq biex George Galea jieħu post Martin Sapiano. B’hekk twaqqaf Martin Sapiano milli jkompli jagħmel il-programm tiegħu. Wieħed irid jgħid li George Galea kien fil-passat jagħmel programmi fuq ir-radio tal-Partit Nazzjonalsita imma kien waqaf u mhux twaqqaf fi żmien Dr. Adrian Delia. George Galea kien waqaf għax ma qabilx mat-tmexxija ta’ dak iż-żmien.

George Galea għandu xogħol mal-gvern għaliex jaħdem fis-settur tas-saħħa sas-2 pm. B’hekk il-programm tiegħu ser jibda eżattament wara li jispiċċa x-xogħol fis-2.30 pm. Dan wassal għal aktar rabja. Ir-rabja ġejja mill-fatt li l-Partit Nazzjonalista waqqaf ħaddiem li jgħix minn fuq ir-radio, jiġifieri lil Martin Sapiano, biex minflok daħħal ħaddiem ieħor li ġa għandu xogħol.

Din l-istorja saħansitra spiċċat fuq l-istess radio tal-Partit Nazzjonalista. Il-bieraħ, Martin Sapiano fetaħ il-programm tiegħu għat-telefonati. Peress li fil-weekend, Martin Sapiano tella’ post fuq Facebook fejn qal li mhux ser ikompli bil-programm għaliex mhux qiegħed fl-iskeda l-ġdida, ħafna mis-semmiegħa, anzi dawk kollha li ċemplu, kienu solidali ma’ Martin Sapiano u wrew id-disapprovazzjoni tagħhom talli ser iwaqqfulu l-programm fuq Net FM. Saħansitra waħda mis-semmiegħa qaltlu l-gvern tal-Lebjer jagħti x-xogħol lin-nies u l-Partit Nazzjonalsita iwaqqaf ix-xogħol tan-nies, b’referenza għall-fatt li ser jitwaqqaf dan il-programm. Kif għidt qabel, Martin Sapiano jgħix minn dan il-qasam tax-xandir.

Irid ngħid li Martin Sapiano fadallu sal-24 ta’ dan ix-xahar u mis-27 ta’ Settembru jibda George Galea bil- programm tiegħu. Hawn ma għandniex każ fejn programm mużikali qed jitneħħa biex jagħmel spazju għal xi programm politiku imma għandna biss tibdil ta’ preżentatur ma’ ieħor, waqt li l-kontenut ser jibqa’ wieħed mużikali, bid-differenza li l-preżentatur il-ġdid huwa l-canvasser number one ta’ David Thake.

2 thoughts on ““Canvasser” ta’ David Thake jieħu post Martin Sapiano fuq Net FM

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *