Rosianne Cutajar issir taf mill-media li ġiet imsejħa biex tidher quddiem il-kumitat tal-Parlament Ewropew

F’post li d-deputata Laburista tellgħet ftit tal-jiem ilu fuq Facebook, Rosianne Cutajar tgħid li dan hu attakk ieħor minn Peter Omtzigt u Jason Azzopardi kontra Malta.

Biss dak li hu nkwetanti f’dan il-każ li Rosianne Cutajar saret taf mill-media li ġiet imsejħa biex tidher quddiem il-kumitat tal-parlament Ewropew. Fi kliem ieħor din l-istorja kienet ġa fil-media qabel ma hija rċevit l-kommunikazzjoni uffiċjali li jriduha tidher quddiem il-Parlament Ewropew. Sallum Rosianne Cutajar għadha ma irċevit xejn.

Dak li dan is-sit jixtieq jistaqsi huwa jekk hux veru li Rosianne Cutajar ġie biss mistaqsa biss jekk hix tistax tattendi u hija qalet li le. Veru għalhekk kif qalli xi ħadd, li meta ġiet mistaqsa biex tattendi għad-diskussjoni, bagħattitlhom ittra bil-pożizzjoni tagħha u din nqrat fil-kumitat?

Issa skont dak li ġie ppubblikat fil-media, Rosianne Cutajar qed tkun mitluba titla’ quddiem il-kumitat fit-30 ta’ Settembru. Jekk veru ma kienx hemm l-ebda kommunikazzjoni formali fuq dan, allura din turi nuqqas ta’ serjeta’ kbira. Nemmen li hemm differenza li wieħed ikun mistieden jitla’ biex jattendi laqgħa u wieħed ikun mitlub jitla’ biex iwieġeb lill-kumitat tal-Parlament Eworpew.

Fuq kollox għal xix il-media qalet li Rosianne Cutajar injorat dan il-kumitat, jekk verament hija bagħtet ittra lill-istess kumitat? Infakkar li fil-media ġie ppubblikat li l-kumitat tal-kunsill tal-Ewropa bagħat saħansitra ultimatum biex Rosianne Cutajar tattendi għad-diskussjoni ma’ dan il-kumitat.

Dak li jinkwetani f’din l-istorja kif il-ġurnali jdawru l-istejjer u jġabuha tidher li Rosianne Cutajar ġiet mogħtija xi ultimatum biex tattendi. Dan il-mod ta’ riportaġġ mill-media lokali huwa verament stramb ħafna, meta wieħed jiftakar li din il-media kienet wara Rosianne Cutajar minħabba l-agenda liberali li tħaddan. Huwa veru stramba kif il-media li tmexxi din l-agenda liberali ħaditha daqshekk qatta’ bla ħabel kontra Rosianne Cutajar.

Fuq kollox, mhux hija biss ħadet rigali mingħand it-Tumas Group. Illum nafu li Jason Azzopardi ħa aktar rigali minnha mingħand dan il-grupp. Azzopardi ħa dawn ir-rigali meta huwa kien saħansitra ministru tal-gvern. Biss il-media ftit titkellem dwar dan!

3 thoughts on “Rosianne Cutajar issir taf mill-media li ġiet imsejħa biex tidher quddiem il-kumitat tal-Parlament Ewropew

  1. Imnalla titkellem l Oraklu kien hawn iehor trumpta f” times bhallek certu Marcel scicluna issa waqa fil Muta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *