Il-ħidma kontra Samuel Azzopardi f’Għawdex tinfirex fil-kunsilli b’maġġoranza Nazzjonalista

Bħalissa għaddejja ħidma sfiqa kontra l-avukat Samuel Azzopardi wara li dan ddeċida li joħroġ għall-presidenza tar-reġjun ta’ Għawdex bħala indipendenti.

Dan qed iwassal biex il-kunsilliera u s-sindki tal-lokalitajiet Għawdxin li huma Nazzjonalisti qed ikunu indirizzati minn Chris Said u Robert Tabone.

Dan is-sit huwa infurmat li sindku ta’ lokalita’ Għawdxija avvza lill-kunsilliera Nazzjonalisti, li qabel l-laqgħa tal-kunsill, kien ser ikellimhom Chris Said u Robert Tabone.

Dan qed iseħħ fid-dawl li PN qed jaħdem kampanja kontra Dr. Samuel Azzopardi biex ma jitlax president tar-reġjun ta’ Għawdex peress li hu mitqies bħala wieħed min ta’ Dr. Adrian Delia.

Dan mhux l-uniku każ fejn il-kunsilliera ġew indirizzati minn Chris Said u Robert Tabone qabel il-laqgħa tal-kunsill.

Il-verita’ hija li kull fejn hemm maggoranza tal-PN ġewwa Għawdex, il-kunsill lokali ġabuh qiesu każin Nazzjonalista.

L-elezzjoni għall-kunsill tar-Reġjun f’Għawdex ser issir fid-9 ta’ Ottubru u kif għidt fil-bidu ta’ dan l-artiklu, l-avukat Azzopardi ser joħroġ indipendenti.

One thought on “Il-ħidma kontra Samuel Azzopardi f’Għawdex tinfirex fil-kunsilli b’maġġoranza Nazzjonalista

Leave a Reply

Your email address will not be published.