Għada t-Tnejn ser jiltaqa’ l-grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista fit-8 pm.
Il-bieraħ, is-Sibt fil-għaxija, il-membri Parlamentari Nazzjonalisti rċevew messaġġ fejn ġew infurmati li għada it-Tnejn ser issir laqgħa tal-grupp Parlamentari Nazzjonalista fit-8 pm. Il-laqgħa ser issir fid-Dar Ċentrali.
Dan ifisser li d-direzzjoni tal-PN qed jaqraw x’inhu jiġi ppubblikat f’dan is-sit u l-kritika li saret fejn fiha ġie kkritikat li l-grupp parlamentari Nazzjonalista ma kienx qed jiltaqa’.
Dan is-sit kien irrapporta li meta kien iseħħ hekk fi żmien Adrian Delia, din kienet twassal għal ħafna kritika kontra l-istess kap Nazzjonalista.