Hermann Farrugia ser jippreżenta protest lill-Kummissjoni Dixxiplina tal-Partit Nazzjonalista
Messaġġ li bgħattli Hermann Farrugia qalli li
“Nhar it-Tnejn ser inkun qed nippreżenta kwerela-protest lill-Kummissjoni Dixxiplina/ Kandidati tramite l-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista bl-intenzjoni li jiġi ssalvagwardat l-istatut ġdid fjamant tal-Partit Nazzjonalista (2020) kif approvat unanimament mill-Kunsill Ġenerali.“
U kompla jiktibli u jgħidli:
“Il-punt kollu huwa li l-istatut il-ġdid espliċitament jistabbilixxi li għandu jiġi mħaddan minn kull tesserat (aħseb u ara suppost japplika għal kull kandidat/a tal-Partit Nazzjonalista hekk kif approvat/a mill-Kumitat Esekuttiv u allura mill-kap ‘l isfel) f’sezzjoni 1, Viżjoni u Missjoni”, artiklu 2, paragrafi (2)(10a)(11) kif ukoll f’sezzjoni 2 “Sħubija”, artiklu 4 paragrafu (1b), il-membri kollha tal-partit għandhom l-obbligu sagrosant li jirrispettaw u anzi saħansitra jipproteġu l-ħajja umana mill-bidu nett tat-tnissil sal-aħħar nifs.
Naturalment, dan kollu Bernard Grech konvenjentement insih, probabbilment għax ġie żgwidat mill-illustri presidentessa għar-‘Riċerka Politika’ u minn ħabibtha intimissima, il-kandidata pro-choice ippatentjata li paradossalment ħatarha tikkoordina ħidma tal-partit bl-isem ‘Qatt aktar’/’Never again’!”