Bernard Grech jiftaħ beraħ il-Partit Nazzjonalista għall-abort

Blog post minn Hermann Farrugia

Bernard Grech tella’ post biex jgħid li Franza bdiet toffri kontraċettiv b’xejn lin-nisa. Bernard Grech qal li hu kburi li huwa għamel l-istess proposta.

Biss qabel ma nibda biex nwieġbu, nixtieq infakkar lil Bernard Grech u lill-membri ex-kollegi tal-Kluster Group2 ’Liveability & Health’ li Franza, anke għax lejlet kampanja elettorali miġġielda ferm u għalhekk nećessarjament Ċentru-Soċjalista Populista, għandha kull ġustifikazzjoni toffri mezzi ta’ kontraċezzjoni iggwidati mill-etika xjentifika u mid-demografija partikulari tagħha lin-nisa, tfajliet taħt il-25 sena li jkunu bijologikament skreenjati qabel.

Fuq kollox, wieħed irid ifakkar li Franza għandha l-ogħla rata ta’ riproduzzjoni (indići ta’ fertilita’ fil-perijodu riproduttiv) fl-Unjoni Ewropea fejn Malta qiegħda l-aħħar fl-istatistika fir-rigward postponiment anti-fiżloloġiku tat-tqala u għalhekk ta’ prokreazzjoni f’waqtha. Biss wieħed irid jgħid li l-aktar nies u kopji fi Franza li qed jagħmlu t-tfal huma l-immigranti aktar milli dawk li tradizzjonalment mitqiesha bħala Franċizi.

Fuq kollox, hawn wieħed irid isemmi li fil-każ ta’ Malta, il-prezz tal-kontraċettivi mediċinali ormonali huwa gia’ ikkontrollat, iffissat u kważi ppreservat bħala wieħed mill-orħos mill-pajjiżi tal-euro ta’ madwar il-Mediterran u dan anke in proporżjon mal-medja tal-pagi statutorja relattivi għall-pajjiżi inkwistjoni.

Fl-aħħarnett, opportun infakkar ukoll lil Bernard Grech li Franza hija issa ilha (minn żmien kważi żemżem tal-illustri u wisq mibkija Ċentru Leminija (UDF), is-Senatriċi Simone Veil fil-bidu tat-tmeninijiet tas-seklu l-ieħor) li introduċiet il-legalizzazzjoni tal-abort anke jekk f’qafas riġidu u mediko-etiku kkontrollat sew.

F’Malta dan għadu s’issa mhux il-każ u għalhekk il-proposta totalment kontroversjali ta‘ Bernard Grech li joffri kull tip ta’ morning-after pill (MAP) b’xejn (u saħansitra mingħajr riċetta medika) hija kompletament fażulla u inaċċettabbli għax inkonsistenti mal-ispirtu tal-liġi Maltija. Dan għax huwa xjentifikament spjegat b’ċertu prova assidwa u konsistenti li TIP, wieħed ta’ MAP kapaċi jinstiga ostruzzjoni u għalhekk waqfien u mhux sempliċi ostaklu preventiv għall-bidu ta’ ħajja embrjoloġika ġdida.

Fi kliem ieħor, Bernard Grech qed jiftaħ il-Partit Nazzjonalista għall-abort.

One thought on “Bernard Grech jiftaħ beraħ il-Partit Nazzjonalista għall-abort

  1. Nhar it-Tnejn inkun sejjer nippreżenta kwerela-protest lill-Kummissjoni DIXXIPLINA/ KANDIDATI tramite l-KUNSILL AMMINISTRATTIV tal-Partit Nazzjonalista bl-intenzjoni li jigi ISSALVAGWARDAT L-ISTATUT GDID fjamant TAL-PARTIT (2020) kif approvat unanimament mill-Kunsill Generali.

    Il-Punt kollu huwa li l-Istatut gdid ESPLIĆITAMENT JISTABILIXXI li ghandu jigi mhaddan minn kull Tesserat ( ahseb u ara suppost japplika ghal kull Kandidat/a tal-Partit Nazzjonalista hekk kif approvat/a mill-Kumitat Eżekuttiv u allura mill-Kap ‘l Isfel) f’Sezzjoni 1, VIŻJONI U MISSJONI” Artiklu 2 Paragrafi (2)(10a)(11) kif ukoll f’ Sezzjoni 2 “SHUBIJA” Artiklu 4 Paragrafu (1b) il-MEMBRI KOLLHA TAL-PARTIT GHANDHOM L-OBBLIGU SAGROSANT LI JIRRISPETTAW U anzi sahansitra JIPPROTEGU L-HAJJA UMANA MILL-BIDU NETT TAL-KONĆEPIMENT SA’ L-AHHAR NIFS .
    NATURALMENT, dan kollu BERNARD GRECH konvenjentement INSIH ,probabbilment ghax gie żgwidat mill-illustri Presidentessa ghar-‘Ricerka Politika’ u minn habibtha intimissima l-Kandidata PRO-CHOICE IPPATENTJATA li paradossalment hatarha tikkoordina hidma tal-Partit bl-Isem ‘QATT AKTAR”/“NEVER AGAIN”. !

    https://www.facebook.com/bernardgrechmt/posts/120408824343

Leave a Reply

Your email address will not be published.