Min verament għandu moħħ ta’ beċċun?

Blog post minn osservatur politiku

Ġejna onorati b’artiklu miktub mill-Professur tal-Mediċina, Dr Kevin Cassar, li għoġbu jikteb elenku ta’ tgħajjir lejn Maltin u Għawdxin ħutu, b’referenza speċjali lejn is-sostenituri tal-Partit Laburista fuq dan sar fuq il-media tal-knisja. In-narrattiva ta’ dan l-artiklu tikkonċentra fuq l-injoranza li, skond hu, hija rampanti f’pajjiżna.

Dan il-Profs jgħidilna li n-nuqqas ta’ edukazzjoni li għandna madwarna hija xi ħaġa li għandu biex jiftaħar il-Partit Laburista, għax huwa dan li l-istess partit li qed jirrenja fil-popolarita’ minħabba l-injoranza. Ħa nislet biċċiet mill-artiklu biex nuri x’kiteb. Huwa jqabbel pajjiżna mal-Fillandja u jipprova jgħid li kieku l-Gvern Laburista qiegħed hemm ma kienx jagħmel ġurnata fil-Gvern. Huwa kiteb hekk:

Bil-legat impestat tiegħu, il-Partit Laburista ma kienx jagħmel iżjed minn ġurnata fil-Gvern…

Cassar kompla li pajjiżna tant għandu livell baxx ta’ edukazzjoni bil-Partit Laburista fil-Gvern jeżistu nies li jakkwistaw ċertu garanziji. Imma araw f’hix.

Pajjiż b’livell edukattiv daqshekk baxx huwa garanzija ta’ suċċess għall-frodisti, qarrieqa, brikkuni u viljakki. Imma tippermetti wkoll lill-mexxejja politiċi li jagħmlu stqarrijiet foloz, gideb sfaċċat, deċiżjonijiet ħżiena u anki atti intenzjonalment kriminali – u xorta jitilgħu sparati, b’maġġoranza akbar.”

Aqraw x’qalilhom li dawk is-sostenituri tal-Partit Laburista.

Ir-raġuni ewlenija għala daqstant eluf jibilgħu kollox hija n-nuqqas kbir ta’ edukazzjoni.

Hemm għalfejn tgħajjar numru kbir ta’ sostenituri tal-Partit Laburista u tgħidilhom li jibilgħu kollox għax għandhom livell baxx ta’ edukazzjoni? dawn jeżistu wkoll fil-Partit Nazzjonalista bħal ma jeżistu wkoll numru ta’ nies b’livell għoli ta’ edukazzjoni li jivvutaw Lejber.

Araw daqsxejn fejn tista’ tasal aktar.

Iżjed ma tkun edukat, inqas huwa ċ-ċans li tivvota Labour.

Cassar qed jargumenta li dawk li jissejħu Laburisti ma humiex kapaċi jiflu l-informazzjoni mogħtija lilhom u għalhekk qed jgħid li dawk li għandhom livell ta’ edukazzjoni jistgħu jevitaw li ma jibilgħux kull ma’ jgħidu l-mexxejja tal-Partit tagħhom. Biss għandi dubju kemm dawk li huma aktar edukati llum qed jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista. Imma skont Cassar:

aktar ma tkun edukat, u għalhekk iżjed tgħarbel l-informazzjoni, inqas għandek riskju li l-Labour ibellagħlek li jrid – inqas huwa ċ-ċans li tivvota Labour.

Biss imbagħad jiġi titlu dirett lejn dawk in-nies li neqsin mill-edukazzjoni. Huwa kiteb li l-livell ta’ edukazzjoni partikolarment fix-xjenza huwa

l-aħjar tarka biex ma tkun beċċun.

Tant hu maħkum mill-ħsieb li s-sostenituri tal-Partit Laburista huma neqsin mill-edikazzjoni li jgħid li l-partit fil-gvern għandu għal xix jirringrazzja ‘l Alla għal-livell baxx ta’ edukazzjoni fil-Maltin u l-Għawdxin. Huwa jikteb li

Il-Labour għandu xorti li l-pajjiż mimli bċieċen.

Biex ikunu onesti mal-qarrejja jridu ngħidu xi tfisser meta ngħidu li l-bniedem huwa beċċun. Dan ifisser li dak il-bniedem, jew bnedma, huwa nieqes mill-intelliġenza jew inkella jieħu deċiżjonijiet stupidi. Meta taqra din it-tifsira ta’ meta wieħed ixebbaħ il-bniedem ma’ beċċun, ma tantx hija xi ħaġa komplimentuża. Pjuttost hija insolenti. U biex isammar din it-tifsira fl-argumenti tiegħu, Cassar qal hekk:

Il-Partit Laburista jaqbillu li s-sitwazzjoni tibqa’ kif inhi u l-edukazzjoni ma tmurx ‘il quddiem. Forsi dik hi r-raġuni għaliex il-Labour ħatar lil Owen Bonnici u Justyne Caruana Ministri tal-Edukazzjoni?

Dik is-sentenza tal-għeluq tal-artiklu tiegħu, waħedha hija biżżejjed biex kulħadd jifhem kif iħares lejn ċertu nies Cassar. Meta semma’ dawk it-tnejn min-nies, qed jitkellem fuq żewġ avukati u politiċi, li qed jagħtu serviżż lill-pajjiżna. Allura b’dak l-argument tiegħu, kif iħares lejna, nies bħali, li ma morniex universita’, ma għandniex titli ma jsimna, attendejna skola obligatorja u għamilniha dejjem ma nies tal-livell tagħna?

Tgħid jgħidilna li aħna injoranti u b’moħħ ta’ beċċun f’rasna?

One thought on “Min verament għandu moħħ ta’ beċċun?

Leave a Reply

Your email address will not be published.