Where your opinion counts

Iż-żjara tal-papa fil-ħabs ta’ Kordin ġa ġiet diskussa mill-priġunieri nfushom jiem ilu mal-Kardinal Mario Grech

Illum il-midja tagħtna l-aħbar li Peppi Azzopardi bagħat ittra miftuħa lill-arċisqof Scicluna biex il-Papa jżur il-ħabs ta’ Kordin. Hija inizjattiva sabiħa li Papa Franġisku jżur il-ħabs.

Biss irid jingħad li din it-talba qed issir ħafna jiem wara li l-Papa diġa’ waslitlu ittra mill-prigunieri nfushom, permezz tar-rappreżentanti tagħhom, li jagħmlu appostolat ta’ kuljum fil-ħabs, biex imur iżurhom.

Irid jingħad ukoll li l-possibilita’ biex Frangisku jżur il-ħabs kienet anki ġiet diskussa mal-Kardinal Mario Grech waqt pellegrinaġġ li għamlu l-priġunieri u l-impjegati tal-ħabs immexxija minn Alex Dalli fis-santwarju Nazzjonali ta’ Pinu Għawdex fejn anke l-Isqof Anton Teuma ta ċ-ċurkett tiegħu biex jinżamm fil-kappella tal-ħabs. Dawn huma ġrajjiet u inżjattivi li l-midja ma titkellimx fuqhom.

Kontra kull kritika li qed issir fuq il-ħabs, tant hemm rapport tajjeb bejn l-awtoritajiet tal-ħabs u Djoċesi ta’ Għawdex li ġie deċiż li kull sena, fit-2 ta’ Awissu, jkompli jsir dan il-pellegrinaġġ mill-priġunieri lejn is-Santwarju ta’ Pinu.

Fuq kollox, il-priġunieri se jkunu huma li jaħdmu l-għamara fid-dar tal-irtieri li hemm taħt is-santwarju ta’ Pinu u dan il-bini miexi sew.

Nagħlaq billi ngħid li kienet ġiet ippreżentata ittra lill-Kardinal Mario Grech mill-amministrazzjoni tal-ħabs, biex il-Papa jżur il-ħabs ta’ Kordin u din l-ittra ġġib id-data tal-11 ta’ Diċembru 2020.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *