Il-media tal-isqfijiet toħroġ tiddefendi l-fake news ta’ Manuel Delia

Il-bieraħ, Manuel Delia tella’ artiklu wara li jien ktibt artiklu fejn għidt li mhux veru li Yorgen Fenech qed ibabas il-magni tal-logħba. Mela dan wassal biex Jurgen Balzan, il-ġurnalist tal-Media tal-isqfijiet kiteb artiklu u qal li Tumas Group ċaħdu dak li għidt jien, jiġifieri li huma jużaw in-Novomatic. Mela dan juri li ma hemmx kuntatt bejni u bejn it-Tumas group kif allega Manuel Delia. Mela din hija l-ewwel fake news.

Mela skont Jurgen Balzan u hawn ser nikkwota minn Newsbook bil-Malti u x’qalu dwar it-Tumas Group:

Bl-Ingliż kienet aktar konċiza l-aħbar u kienet tgħid hekk:

Biss fl-istess nifs u ftit qabel l-istess media tal-knisja qalet li t-Tumas Group ma ċaħdux dak li kiteb Manuel Delia li Novomatic kienu qatgħu s-servizz tagħhom mat-Tumas Group. Bil-Malti qegħdha hekk:

u bl-Ingliż, Balzan kiteb hekk:

Jista’ dan il-ġurnalista jew ġurnalisti għorrief tal-media tal-isqfijiet jispjegali kif kumpanija tista’ taqta’ kuntatti ma’ Casino ġewwa Malta meta ftit qabel qalu li ma kienetx qed tagħtih servizz?

Qed nikkummenta dan biex nuri l-aġenda moħbija li l-media tal-isqfjiet għandha kontra n-nies u mbagħad jiġi xi isqof u jipprietka fuq il-verita’. Il-verita’ hija li l-isqfijiet Maltin illum f’kukkanja ma’ Manuel Delia u jaraw kif jiddefendu l-gideb tiegħu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *