Il-video tal-bidla tal-PN huwa meħud minn video li għamlu d-Dewar’s tal-whiskey

Qed inġib riklam jew pubbliċita’ li l-Partit Nazzjonalista tella’ u fiha jinstema’ l-Kap l-Oppożizzjoni Bernard Grech jitkellem fejn qed jistieden lin-nies biex ikunu parti mill-bidla.

Dak li ma qalx huwa li dan il-video hu prattikament meħud minn riklam li qed jagħmlu Dewar’s tal-Whiskey bl-isem ta’ ‘Not Do It’. Bernard Grech biddel dan il-messaġġ f’wieħed pożittiv u jistieden lil min jisimgħu biex jagħmilha. Possibbli ħadd ma qallu li l-kliem li ġie mitlub li jgħid hu meħud minn riklam tal-whiskey Dewar’s. Ma jirrealizzawx, min għamlu dan ir-riklam li ser jinqabdu?

Imma possibbli li mhux kapaċi dan il-partit joħroġ b’xi ħaġa oriġinali? Il-mexxej tal-partit jispiċċa jitkellem u jirrepeti kliem f’riklam tad-Dewar’s. Nispera li ħa grokk qabel għamel dan ir-riklam!

Qed inġib hawn taħt ir-riklam mnejn ħadu l-feature l-PN biex iġibu lil Bernard Grech jitkellem dwar il-bidla.

Waqt li d-Dewar’s tal-whiskey qed jgħidlek biex ma tagħmilhiex, il-Kap tal-Oppożizzjoni jużaw l-istess tema u kliem u messaġġ biex jgħidlek biex tagħmilha. Kull ma jonqos issa li kull min imur id-dar Ċentrali joffrulu grokk whiskey Dewar’s.

B’hekk dak l-avukat, li llum jaħdem fi Strada Stretta, u kiteb li min qiegħed ġo ħofra ma għandux jibqa’ jħaffer, ikun jista’ jaħseb lejn min verament għandu jindirizza l-ħsieb tiegħu.

Nispera li issa ma jiġix xi Manuel Delia u jgħid li tad-Dewar’s serqu dan il-feature lill-PN! Nistieden lil Manuel Delia biex jieħu grokk Dewar’s whiskey fuq din!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *