Il-kawża ta’ Jason Azzopardi fil-Bulgarija

Ittra mingħand qarrej ta’ dan is-sit.

Bongu, Dr Mercieca,

Tgħid l-aħbar li Jason Azzopardi tagħna il-bieraħ t’lura ser ikollha effett fuq jekk Jason Azzopardi jibqax parti mid-difiża tal-parte civile ta’ Caruana Galizia? Qed nistaqsi dan għal żewġ raġunijiet.

L-ewwel. Issa ser ikollu bżonn ammont kbir ta’ flus biex ikun jista’ jiddefendi lilu innifsu fil-qorti tal-Bulgarija. Jason Azzopardi rrifjuta li jsir crown funding għal din il-kawża. Jaf li għalkemm hu avukat, ser ikollu jikri servizz ta’ avukat Bulgaru, peress li avukat mill-pajjiż dejjem ikun jaf is-sistema li tinħadem ġo dak il-pajjiż iktar minn wieħed barrani. U ser ikollu bżonn tal-flus!

Nafu li Jason Azzopardi qal li mhux qed jitħallas tax-xogħol li qed jagħmel għall-familja Caruna Galizia. Ovvjament, wieħed jistaqsi mnejn ser iġib il-flus biex jiddefendi ismu fil-Bulgarija? Jew ser jibdel din il-kawża f’okkazzjoni biex jibda jmur ta’ spiss il-Bulgarija? Nispera li mhux imħallas mill-Parlament Malti.

Għalhekk qed nistaqsi jekk hux ser jiġi f’sitwazzjoni fejn ħa jkollu isib xogħol fejn joffri s-servizzji tiegħu b’iktar qliegħ. Ma naħsibx li ser jitlob il-flus lill-familja Caruna Galizia għas-servizz li qed jagħtihom.

It-tieni binarju li ukoll jorbot mal-ewwel wieħed hu li issa Jason Azzopardi għandu kawża serja fuqu stess li tista’ taffetwa r-reputazzjoni tiegħu! Issa għandu wkoll priorita’ ta’ kif Jason Azzopardi ser juża il-ħin u l-enegija tiegħu. Issa Jason Azzopardi irid juża l-isforzi tiegħu kollha biex iwarrab dik il-mannara li għandu imdendla fuq rasu!

Jekk jitlef dan il libel, hu personali ser ibati, u ser ibatih bil-kbir, anki jekk ma naħsibx li din hija kawża tal-miljuni li qed jissemmgħu. Hija kawża ta’ malafama u li kieku saret f’Malta kienet teħodlu l-ħin xorta waħda. Ser teħodlu aktar ħin għax qed isir f’pajjiż il-bogħod. Mela issa Jason Azzopardi irid isib ħin u enerġija biżżejjed biex waqt li jiddefendi lilu innifsu min dan il-kas, ikun jista’ jibqa’ jaħdem għal Caruana Galizia b’istess tenaċita’ ta’ qabel. Ma hemmx dubju li l-familja Caruana Galizia ser jibqgħu konfidenti li Jason Azzopardi huwa avukat tajjeb. Ser jibqa’ jaħdem b’istess qilla għalihom.

Biss xorta jibqa’ l-fatt għala din il-konferenza stampa fuq Facebook saret ftit tal-jiem ilu meta din il-kawża tidher li nfetħu 2019? Għaliex qed jagħti din l-aħbar issa biex ikun jista’ jużaha ‘il quddiem bħala skuża biex jekk jinqala’ xi ntopp mat-triq, ikollu ġa t-triq imwittija għat-tluq tiegħu minn avukat għall-parte civile f’ísem il-familja Caruana Galizia? Din l-aħbar seta’ ħariġha b’mod normali fil-media li tappoġġjah, mingħajr dan il-ħafna teatrin li mhux neċesserjament bżonnjużi.

Issa naraw. Iż-żmien jagħtina parir. L-ikbar problema wara l-flus huwal-fatt li fil-Bulgarija Jason Azzopardi ma huwa xejn. F’Malta jista’ jagħmel ħoss fil-qorti ma’ ċertu maġistrati u mħallfin, imma fil-Bulgarija huwa ma hu ħadd, ħlief ċittadin bħal ħafna oħrajn.

One thought on “Il-kawża ta’ Jason Azzopardi fil-Bulgarija

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *