Hermann Schiavone jrid li ċ-chats ta’ natura politika ta’ Yorgen Fenech ikunu ppubblikati kollha.

Naqbel mal-proposta li qed jagħmel Hermann Schiavone li ċ-chats ta’ natura politika (u ovvjament mhux dawk familjari) ta’ Yorgen Fenech ikunu ppubblikati fl-intier tagħhom.

Fuq dan il-punt għandu raġun. Ma jistgħux il-ġurnalisti jew politiċi, jagħżlu x’jippubblikaw li jaqbel lilhom, biex jibqgħu għaddejjin f’din is-saga li ġiet ikkreata mill-istess korp tal-pulizija u l-maġistratura fir-rigward ta’ dawn iċ-chats.

Mhux sew li dawn iċ-chats jibqgħu jintużaw kif qed jiġri biex jiġu rikattati n-nies jew agħar biex jinfetħu proċeduri fil-qorti, u nies jinżammu l-ħabs, kif rajna llum, mingħajr l-ebda evidenza soda ħlief linja f’chat privat.

Min-naħa tiegħi, jien ikkuntattjat lil Hermann Schiavone dwar din l-istorja fejn qed jissemma ismu u ninsab konvint li hu ma għamel xejn illegali u xejn politikament ħażin. Għalija, Schiavone huwa vittma ta’ assassinju ta’ karattru. Fuq dan il-punt ma għandix dubju li isem Yorgen Fenech qed jintuża, kif ilu jintuża, biex iħammġuh. Dan mhux sew, la miegħu u l-anqas ma’ Yorgen Fenech.

Leave a Reply

Your email address will not be published.