Where your opinion counts

Mark Lawrence Zammit u l-fabbrikazzjoni tal-“fake news” min-naħa tiegħu

Mela, ftit tal-jiem ilu, Mark Lawrence Zammit għamel prietka tal-Ħadd li fejn għoġbu jsemmini b’ismi. Skont Mark Lawrence Zammit, jien nattakka lill-ġurnalisti li jiktbu kontra Yorgen Fenech. Mnejn ġabha din l-informazzjoni? Jien nanalizza dak li jiktbu l-ġurnalisti bħal ma jien ser nanalizza dak li qal fuqi. Issa jekk meta jiktbu ma jiktbux bis-sens jew is-sewwa, din mhix problema tiegħi.

Infakkar lil dan Mark Lawrence, li jien kelli ngħid li ma għandix x’naqsam ma’ dawn l-ispoofs għaliex il-ħbieb ta’ Mark Lawrence Zammit, jiġifieri Jason Azzopardi, Manuel Delia u anki l-qassis Joe Borg waħħlu fija li qed nagħmilhom jien mingħajr ma ġabu prova waħda. Kull ma għamlu kien ħafna konġenturi. Illum ħareġ li ma għandix x’naqsam. Dak li nista’ ngħid li kien hemm attakk ikkorodinat kontra tiegħi biex mingħalihom jagħlquli ħalqi.

Mark Lawrence Zammit qal li Matthew Caruana Galizia skopra li dawn qed isiru l-Amerika. Il-Pulizija tista’ titlob l-għajnjuna tal-FBI biex jgħidu minn hemm warajhom. Fuq kollox ma tkunx l-ewwel darba li ntalbet l-għajnuna tal-FBI. Dak li nista’ ngħid li mhux ser isibu ismi.

Imma biex tkunu tafu li dan Mark Lawrence Zammit huwa l-bniedem tal-fake news, huwa qal li kien qed jissemma’ li hemm Yorgen Fenech warajhom. Jista’ dan il-ġurnalista jgħidilna kif persuna li ilu sentejn arrestat il-ħabs, li għandu limitazzjonijiet kbar lil min jara, x’ħin iċempel, u ma min jitkellem jikkoordina dawn il-fake news? Din tgħodd għal Yorgen Fenech u kull persuna oħra li hemm il-ħabs.

Mela fuq naħa dan Mark Lawrence Zammit jitkellem li hemm dixxiplina esaġerata fuq il-ħabs li qed twassal għas-suwiċidji u fuq in-naħa l-oħra kważi jemmen storja bħal din li tgħid li Yorgen Fenech huwa involut wara dawn l-istejjer u qed jikkordina kollox, qiesu issa l-ħabs sar il-post fejn wieħed jista’ jagħmel li jrid. Dan kollu għax il-klikka li jappartjeni għaliha jaqbillha titkellem b’dan il-mod.

Fuq kollox, bil-mod li bih tkellem Mark Lawrence Zammit ġa għamel lil Yorgen Fenech ħati. Dan għaliex hu qal li dawn huma il-website foloz kienu maħsuba biex iħawdu lin-nies fuq l-każ ta’ Yorgen Fenech, li għat-Times u l-ħbieb tiegħu, ġa għamluh ħati. Mela Yorgen Fenech mhux innoċenti sakemm jistab ħati? Għax għal dawn it-tip ta’ ġurnalist, Melvin Theuma huwa l-innoċenti li xeba’ jisloħ in-nies bl-użura u ma nafx kemm il-każ ħafrulu biex jista’ jigdeb kif qed jagħmel taħt ġurament. Fuq kollox, skont Mark Lawrence Zammit hija fake news il-fatt li Melvin Theuma qal taħt ġurament fil-qorti li ma jafx lil Vince Muscat il-Koħħu u bl-involviment tiegħu fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Nesa Mark Lawrence li kienet The Times of Malta li tat din l-aħbar. Bħal ma hija fake news għal Mark Lawrence Zammit li Jason Azzopardi ħa rigali li jiswew ħafna flus!

Qed taraw kif il-ġurnalisti jdawru l-fatti? L-aqwa li taqraw The Times qalilna Mark Lawrence Zammti. Għax dan hu n-news portal li għandek tafda. Daqt nerġgħu nibdew ngħidu, kif konna ngħidu fl-imgħoddi, x’gidbet Mabel!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *