Lovin Malta tippubblika fake news fuq Yorgen Fenech

Illum, l-editur tal-gazzetta Lovin Malta, Julian Bonnici tella’ artiklu biex jagħtina dettalji dwar il-kawża li l-pulizija fetħet kontra Yorgen Fenech fuq l-importazzjoni tal-armi. Dan l-artiklu gie ixxerjat fost l-oħrajn minn Occupy Justice. F’dan l-artiklu joħroġ l-element ta’ bias li dan l-editur għandu kontra Yorgen Fenech. Qed ngħid dan għaliex f’dan l-artiklu Bonnici jgħid li din il-kawża dwar importazzjoni ta’ armi qed tinstema fil-magħluq. Ara din id-darba, Julian Bonnici ma qalx li kienet il-pulizija li talbet li tinstema bil-magħluq. Immaġinaw li kieku kienet id-difiza li talbet dan x’kien jikteb Bonnici?

U jekk il-pulizija talbet biex din il-kawża tinstema fil-magħluq għala membru qrib il-korp, jiġifieri membri fil-pulizija stess marru għand il-ġurnal Lovin Malta biex jagħtuhom dettallji dwar din l-istorja? Ma ndunawx li min ta l-informazzjoni ta fake news lil-Lovin Malta? Ma naħsibx li l-kummissarju tal-pulizija hu daqshekk stupidu li waqt li jitlob li kawża tinstema fil-magħluq joqgħod joħroġ l-informazzjoni lill-media.

Skont dan l-artiklu kienet il-pulizija li żammet milli dawn l-armi ma jaslux Malta. Ħa ngħidha. Dan id-dettal jikkonferma li dan hu fake news. Meta l-pulizija jkollha tipp bħal dan, l-investigaturi jħallu l-materjal jasal, isegwuh ħalli jkunu jistgħu jaqbdu l-ħati fil-fatt u mhux iżommu l-importazzjoni tal-materjal milli jasal Malta. Dan id-dettall li ppubblika Julian Bonnici jitfa’ dell ikrah fuq il-korp tal-pulizija.

Jekk dawk id-dettalji huma minnhom, l-ewwel il-pulizija iġibuhom fil-qorti u mhux jingħataw lill-media. Julian Bonnici jgħaqqad din il-fake news mal-istorja ta’ 17Black.

Fil-verita’, din hija fake news.

One thought on “Lovin Malta tippubblika fake news fuq Yorgen Fenech

Leave a Reply

Your email address will not be published.