Il-prosekuzzjoni trid li l-każ dwar l-importazzjoni ta’ armi minn Yorgen Fenech jistema fil-magħluq.

Il-prosekuzzjoni trid li dan il-każ ta’ importazzjoni ta’ armi u valenu kontra Yorgen Fenech jinstema fil-magħluq. Din id-darba, il-prosekuzzjoni mhux ser ikollha l-assistenza tal-parte ċivili, jiġifieri ta’ Jason Azzopardi. Kważi, kważi qed jiddispjaċini li issa Jason Azzopardi mhux parti mill-kawża għax kont naqta’ rasi taħt mannara li kieku kien, il-prosekuzzjoni ma kienetx tagħmel din it-talba u kien ikollna ċ-ċans noqgħodu nisimgħu din il-kawża fil-miftugħ u kien ikolli x’nikkummenta fuq dak li jkun ippreżentat fil-qorti.

Biss dak li laqagħtni huwa l-mod kif tkellem dwar din l-aħbar il-media. Ġabuha tidher bħal li kieku l-avukati ta’ Yorgen Fenech qablu ma din id-deċizzjoni. Fil-verita’ il-media tat nofs il-verzjoni ta’ x’ġara fil-qorti.

The Times irrappurtatha hekk:

Mela skont The Times, l-avukati ta’ Fenech ma oġġezzjonawx għal din it-talba mill-prosekuzzjoni. Il-Malta Independent rrappurtat fuq l-istess linja ta’ The Times biss żiedet dettal. Qalet li d-difiża ħalliet f’idejn il-qorti biex tiddeċidi.

L-istess tip ta’ reportaġġ tagħtu l-Malta Today.

Min-naħa ta’ Lovin Malta, din qalet biss li d-difiża ma kellhiex oġġezzjoni għat-talba tal-prosekuzzjoni.

Fil-verita’, l-avukati ta’ Yorgen Fenech ma kellhomx problema (no objections) li l-kawża tinstema’ fil-magħluq u l-anqas fil-miftuħ, imma it-tieni biċċa l-media ma ġabithiex, jiġifieri li għalihom setgħet anki kompliet tinstema fil-miftuħ. Ovvjalment l-avukati ta’ Yorgen Fenech qalu hekk għaliex jemmnu fl-innoċenza tal-klijent tagħhom, iżda ħallew f’idejn il-qorti biex tiddeċidi hija x’inhi l-aħjar triq f’dan l-istadju.

Min-naħa tagħha l-qorti aċċettat it-talba tal-prosekuzzjoni biex din il-kawża tinstema fil-magħluq.

Leave a Reply

Your email address will not be published.