Bernard Grech ser jagħmel apoloġija f’isem il-Partit Nazzjonalista lil Giovanna Debono?
Bernard Grech tella’ post fuq Facebook fejn talab biex Robert Abela jagħmel apoloġija lil Giovanna Debono u r-raġel tagħha Toni. Robert Abela kien l-avukat li assista lil dak li hu suppost whistleblower li l-qorti ma emmnitux kemm fl-stanza u anki fl-appell.
Biss qabel ma Bernard Grech jitlob lil Robert Abela biex jagħmel apoloġija, lest jagħmel hu apoloġija f’isem il-Partit Nazzjonalista.
Fi ftit kliem, il-PN ser jitlob apoloġija lil Giovanna w l-familja tagħha w l-kostitwenti tagħha li kellhom jgħaddu minn martirju għax il-Partit Nazzjonalista warrabha w ħallieha taqdef għal rasha? Ara lil ħaddieħor itellgħuh fuq pedestall…..
U dawn jridu jkunu l-bidla.
