Il-Kamra tal-avukati ser tinvestiga lil Jason Azzopardi wara kumment kontra avukat?
Qed inġib post li kiteb Jason Azzopardi kontra Robert Abela. Din id-darba, wieħed jista’ jgħid li dan mhux post politiku. Dan hu post ta’ Jason Azzopardi li qed jiktbu bħala avukat kontra avukat ieħor.

Dan hu attakk fuq Robert Abela fil-kapaċita’ tiegħu ta’ avukat. Ara Jason Azzopardi baqa’ b’ħalqu magħluq meta tellgħu lil Tony Debono il-qorti. Anzi kien wara Simon Busuttil li saħansitra ried lil Giovanna Debono tirreżenja mill-Parlament. Tgħid mhux bis-saħħa tiegħek rebħet Giovanna Debono u r-raġel tagħha?
B’hekk dan il-kumment ta’ Jason Azzopardi hu ksur tal-etika. Hu attakk minn avukat fuq avukat. Il-kamra tal-avukati ser tinvestigah?